Left arrow Go Back

TNEDIJA TAL-KUNĊERT CLASSICS UNDER THE STARS 2013

pr1455
Date Icon 08/07/2013

Illum saret it-tnedija tal-kunċert li jittella’ kull sena mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta, Classics under the Stars, taħt il-Patroċinju tal-Prim Ministru. Preżenti għat-tnedija tal-kunċert li saret fil-Palazz tal-Girgenti kien hemm il-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat, iċ-Ċermen ta’ l-Orkestra Nazzjonali Maestro Sigmund Mifsud, kif ukoll s-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes.  

Iċ-Ċermen ta’ l-Orkestra Nazzjonali ta’ Malta, Sigmund Mifsud qal li din hija r-raba’ edizzjoni ta’ dan il-kunċert li ser ikun jinvolvi mużika klassika l-aktar popolari. Dan il-kuncert li jkun offrut bla hlas, huwa miftuh ghal pubbliku ingenerali u ser ikun animat mill-kantanti, is-Soprano Claire Caruana u Mezzo Soprano Claire Ghigo. Il-kunċert ser jittella’ fis-26 ta’ Lulju u se jsir fil-Palazz tal-Girgenti fit 8.30pm.  

Fil-messaġġ tagħha lil dawk preżenti, is-Sinjura Muscat qalet li b’differenza għas-snin ta’ qabel, sar qbil bejn l-Orkestra Nazzjonali u l-Uffiċċju Tal-Prim Ministru biex waqt il-kunċert jinġabru donazzjonijiet b’risq is-Santwarji u Għaqdiet Non-Governattivi li jieħdu hsieb l-annimali. Fil-messaġġ tagħha, is-Sinjura Muscat qalet li d-donazzjoni mhux se tkun waħda fissa, iżda wieħed jista’ jagħti kemm jixtieq. Spjegat li l-flus kollha li se jinġabru ser  ikunu qed jgħinu lil diversi għaqdiet li urew interess jipparteċipaw f’din l-inizjattiva. 

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes faħħar din l-inizjattiva kif ukoll il-ħidma ta’ dawk kollha li jaħdmu b’mod volontarju mal-annimali. L-Onorevoli Galdes enfasizza li l-annimali m’għandhomx vuċi, u għalhekk jistgħu jsemmgħu biss leħinhom permezz ta’ dawk li jieħdu ħsiebhom.  Huwa faħħar  din l-inizjattiva li permezz tagħha, se tkun qed tgħin diversi għaqdiet  li ser jibbenefikaw minnha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow