ŻJARA UFFIĊJALI MILL-AMBAXXATUR ĊINIŻ F’GĦAWDEX
Nhar is-Sibt 6 ta’ Lulju l-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta għamel żjara uffiċjali fil-gżira ta’ Għawdex fejn saru diversi attivitajiet konġunti bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-istess Ambaxxata. Matul iż-żjara, l-Ambaxxatur Ċiniż H.E. Mr. Cai Jinbaio u l-Ministru għal Għawdex l-Onor. Anton Refalo qablu li hemm diversi metodi ta’ kif il-koperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet tista’ tikber f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ekonomija, turiżmu, edukazzjoni u kultura. Barra minn hekk il-Ministru għal Għawdex l-Onor Anton Refalo talab lill-Ambaxxatur Ċiniż l-għajnuna tiegħu sabiex Għawdex bħal Malta jkollu ġnien Ċiniż.
Matul l-istess żjara ġiet inawgurata wirja ta’ pitturi Ċiniżi fis-sala tal-wirjiet fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex fuq inizjattiva tal-President tal-‘Malta China Frienship Society’ is-Sur Reno Calleja. Is-Sur Calleja minn naħa tiegħu ssuġġerixxa li sabiex ikun hemm din it-tip ta’ koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi l-gżira t’Għawdex tista’ tiġi ġġemellata ma’ provinċja fiċ-Ċina.
L-Ambaxxatur Ċiniż wiegħed il-koperazzjoni tiegħu b’risq il-gżira Għawdxija.
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029