Left arrow Go Back

ŻEWG MILJUN EWRO OĦRA GĦALL-INIZJATTIVA JEREMIE

pr1411
Date Icon 02/07/2013

L-inizjattiva Jeremie ser tkun estiża bl-allokazzjoni ta’ żewg miljun ewro oħra permezz tal-European Investment Fund. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 u Fondi Ewropej, Dr. Ian Borg waqt laqgħa li kellu ma’ rappreżentanti tal-Malta Business Bureau, immexxija mill-President is-Sur George Vella, illum wara nofsinhar fil-Berġa ta’ Aragona.

Waqt din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Dr. Ian Borg ġie ppreżentat mis-Sur George Vella,  b’kopja tar-rapport ikkummissjonat mill-Malta Business Bureau intitolat ‘The Allocation of EU Structural Funds in Aid of Private Enterprise.’

Meta kien qed iwieġeb għad-diskors tal-President tal-MBB, is-Segretarju Parlamentari Dr. Borg qal li   permezz ta’ din l-estensjoni ser jibbenefikaw aktar intrapriżi żgħar u medji mill-iskema JEREMIE li tipprovdi għal garanziji bankarji fuq self.  Hija wkoll forma oħra ta’ għajnuna lill-intrapriża privata xi ħaġa li qed tisħaq dwarha l-MBB. Din l-għajnuna ser tibda tingħata minn Ottubru li ġej.

Is-Segretarju Parlamentari faħħar l-inizjattiva meħuda mill-MBB li tikkummissjona dan ir-rapport li jitfa’ dawl fuq kif ġew immaniġġjati l-fondi strutturali fil-programm finanzjarju 2007-2013, jinnota r-riżultati ekonomiċi miksuba kif ukoll jidentifika u jissuġġerixxi inċentivi biex ikun hemm immaniġġjar aħjar fil-programm finanzjarju li jmiss jiġifieri 2014-2020.

Dr. Borg qal li huwa ħa nota kemm tal-analiżi dettaljata li saret fir-rapport dwar l-impatt li kellhom il-fondi Ewropej fuq l-intrapriża privata  kif ukoll tar-rakkomandazzjonijiet li saru dwar kif tista’ tissaħħaħ l-għajnuna lil dan is-settur.  Dr. Borg kompla jgħid li s-Segretarjat Parlamentari jaqbel ma’ ħafna minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet l-aktar dawk li jirrigwardjaw aktar effiċjenza biex isir l-aħjar użu u fl-akbar ammont possibbli tal-fondi Ewropej u ser jara li dawn jitwettqu fil-programm finanzjarju li jmiss.  Fakkar li s-Segretarjat Parlamentari diġà ħa ċerti inizjattivi f’dan ir-rigward inkluż it-twaqqif ta’ kumitat apposta fi ħdan id-Dipartiment tal-Kuntratti biex jaħdem biss fuq sejħiet għall-offerti dwar proġetti finanzjati minn fondi Ewropej.

Dwar il-programm finanzjarju 2014-2020 is-Segretarju Parlamentari qal li x-xogħol fuq il-Partnership Agreement jinsab fi stadju avvanzat.  Dettalji jitħabbru aktar ’il quddiem.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow