Left arrow Go Back

IL-KUMITAT VOT 16 JILTAQA’ MAL-ARĊISQOF

pr1410
Date Icon 02/07/2013

Aktar kmieni llum is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura u l-Gvern Lokali l-Onor. José Herrera flimkien mal-Kumitat Vot 16 għamel żjara ta’ korteżija lill-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Pawlu Cremona. Din iż-żjara kienet tifforma parti mill-programm ta’ żjarat li l-monitoring committee ħejja biex tkompli titqajjem kuxjenza dwar l-importanza liż-żgħażagħ ta’ 16 –il sena jingħatalhom id-dritt tal-vott.

Min-naħa tiegħu Monsinjur Arċisqof radd ħajr lis-Segretarju Parlamentari ta’ din iż-żjara u appella biex iż-żgħażagħ ikunu aktar infurmati dwar il-politika li mhix partiġjana. Huwa qal li l-Knisja ser timpenja ruħha sabiex hi ukoll tgħin f’din il-kampanja. L-Arċisqof saħaq ukoll kemm hu importanti li l-media kollha tenfasizza fuq it-tajjeb taż-żgħażagħ u mhux ixxandar biss il-ħażin li jagħmlu li huwa ftit meta mqabbel mat-tajjeb li jagħmlu ż-żgħażagħ.

Is-Segretarju Parlamentari spjega li dan il-Gvern, għalkemm għandu mandat mill-poplu li jimxi ’l quddiem b’din il-proposta, xorta waħda qed jagħżel li jagħmel kampanja wiesgħa ta’ konsultazzjoni. Is-Segretarju Parlamentari José Herrera qal li s-segretarjat tiegħu huwa miftuħ għal kull suġġeriment li jista’ jkun hemm għax il-vot ta’ 16-il sena huwa l-bidu li ser iwassalna għal pass naturali li jmiss.

Ic-Chairman tal-Kumitat Vot 16 Michael Cohen informa lill-Arċisqof li mal-Kumitat ta’ Monitoraġġ se jinħatar sotto-kumitat bil-parteċipazzjoni tal-għaqdiet taż-żgħażagħ u ir-rappreżentanti tat-tliet partiti politiċi. Il-Kumitat ser jagħmel diversi attivitajiet kif ukoll ser jiltaqa’ maż-żgħażagħ fl-iskejjel biex dawn ikunu preparati aħjar għal meta jiġu biex jivvutaw. “Dak li qed nagħmlu bħalissa huwa pass importanti għaliex it-tendenza turi li jekk iż-żgħażagħ ma jivvutawx fl-ewwel okkażjoni tagħhom, it-tendenza hija li dan in-nuqqas ta’ interess jibqa’ tul ħajjithom. Allura il-Kumitat irid jiżgura li l-messaġġ jasal u jasal tajjeb għand iż-żgħażagħ”, tenna Michael Cohen.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow