STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Tissaħħaħ il-ġlieda kontra x-xogħol prekarju
Biex ikun assigurat li ma jingħatawx kuntratti ta’ xogħol li jħaddmu nies bil-prekarjat, il-Gvern mill-bieraħ daħħal fis-seħħ numru ta’ kundizzjonijiet mandatorji li se jiddaħħlu f’kull tender li jinħareġ mill-Gvern.
Kif imwiegħed fil-manifest elettorali, dan il-Gvern beda ġlieda bla preċedent kontra x-xogħol prekarju.
F’kull tender li se jingħata mill-1 ta’ Lulju 2013 ’il quddiem irid ikun assigurat li jinkludi numru ta’ kundizzjonijiet ġodda biex il-Gvern jilqa’ milli jingħataw kuntratti li jwasslu għal xogħol prekarju.
Il-kundizzjonijiet kienu ppubblikati f’ċirkolari (mehmuża) mis-Segretarju Permanenti Ewlieni tal-Gvern Mario Cutajar li ntbagħtet lis-Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u Kapijiet ta’ Organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt is-Settur Pubbliku.
Iċ-ċirkolari tinsab mehmuża ma’ din l-istqarrija.
Other Press Releases:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029
pr1406a.pdf