Left arrow Go Back

150 QATTUS JIĠU RILOKATI F’AMBJENT AKTAR DINJITUŻ ĠEWWA L-GĦAMMIERI

pr1404
Date Icon 02/07/2013

Numru ta’ qtates li jinsabu taħt il-kura tad-Dipartiment tal-Ħarsien għall-Annimali qed jiġu rilokati f’post li huwa ħafna iktar komdu u addattat għalihom. Dan is-santawru ġdid għall-qtates fl-Għammieri ġie inawgurat illejla mis-Segretarju Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes.

B’kollox hemm 150 qattus li se jkunu qed jiġu trasferiti mill-post li kienu jinsabu fih s’issa, għal dan is-santwarju iktar arjuż u dinjituż għal dawn l-annimali. Dawn il-qtates ser ikunu qed igawdu minn post miftuħ bil-ħamrija, kif ukoll xelters apposta li ser iservu ta’ kenn; kemm mis-sħana tas-sajf kif ukoll mill-kesħa tax-xitwa. Il-materjal ta’ dan ix-xelters intgħażel apposta biex jilqa’ kemm is-sħana kif ukoll il-kesha. Grazzi għall-organizzazzjoni mhux governattiva Happy Paws il-qtates tal-Għammieri ġew imsewwija b’xejn.

Kien propju fl-ewwel mitt jum ta’ Gvern Laburista li ttieħded din l-inizjattiva biex il-qtates li jinsabu ġewwa l-Għammieri ma jibqgħux jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena li kienu jgħixu fihom qabel. Li kieku ma kienx għal din l-inizjattiva f’waqtha, dawn il-qtates kienu se jibqgħu jgħixu f’gaġeġ tal-fniek, imsakkra f’post ristrett u bi ftit arja. Post il-qtates huwa fil-miftuħ u mhux biex joqgħodu magħluqin f’gaġġa.

Is-Segretarju Parlamentari jappella u jfakkar lill-pubbliku inġenerali li huwa projbit li individwi jabbandunaw annimali fit-triq jew quddiem xi santwarju. Min jinqabad jagħmel hekk jista’ jeħel multi jew ikun suġġet għall-penali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow