Left arrow Go Back

PARTEĊIPAZZJONI MID-DIRETTORAT GĦALL-PROMOZZJONI TAS-SAĦĦA U L-PREVENZJONI TAL-MARD FIL-FIERA INTERNAZZJONALI TA’ MALTA

pr1396
Date Icon 01/07/2013

Bħas-snin ta’ qabel, anki din is-sena professjonisti mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qed joffru s-servizz tagħhom fl-MFCC fit-trade fair. It-tema magħżula għal din s-sena hija ‘Il-Ħajja Sabiħa ... Ħu Ħsieb!’. L-għan huwa biex il-poplu jieħu ħsieb saħħtu u jgawdi l-ħajja. Għal din is-sena waqt it-trade fair, qed tkompli tingħata importanza għall-problemi tal-ħxuna u l-vizzju tat-tipjip.

Bħala parti mill-kampanja kontra l-obeżità qed tingħata enfasi dwar id-daqs tal-porzjonijiet tal-ikel. Din hija mmirata għal dawk il-persuni li jixtiequ jitilfu l-piż żejjed u jżommu piż tajjeb. Waħda mill-fatturi li tikkawża l-obeżità hija l-konsum ta’ ikel iżjed milli meħtieġ. B’hekk jinħoloq żbilanċ bejn l-enerġija mill-ikel meta mqabbla ma’ dik użata mill-persuna f’attività fiżika. Għalhekk qed jingħataw il-pariri meħtieġa dwar l-ikel u l-attività fiżika.

Apparti minn dan, fejn jidħol mard relatat mat-tipjip, fis-sena 2010 ir-rata medja ta’ mwiet f’Malta kienet ta’ persuna kuljum. Ir-raġuni hi minħabba li t-tabakk huwa l-akbar kawża ta’ mewt, mewt li tista’ tiġi evitata. Għalhekk f’ċerti ġranet qed ikun hemm professjonisti li qed jagħtu pariri lil kull min huwa interessat li jaqta’ s-sigaretti, dwar kif wieħed jieqaf ipejjep. Il-ħajja hi sabiħa ... ta’ minn jibża’ għaliha!

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow