Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX U L-KUMPANIJA WASTESERV

pr2309
Date Icon 22/10/2012

B’riferenza għall-istqarrija maħruġa minn Leo Brincat rigward “Rimi ta’ Skart perikoluż u b’mod illegali mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex”, il-kumpanija WasteServ u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iridu jiċċaraw dawn il-punti:

L-allegazzjoni li l-iskart kien mormi b’mod illegali hija kompletament infondata u skoretta. Dan għaliex ir-rimi tal-iskart kliniku mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex dejjem sar permess ta’ inċinerazzjoni, hekk kif inhu mitlub mill-liġi.

Rigward it-trasportazzjoni tal-iskart, il-proċedura hija li min jixtieq jittrasporta skart ta’ din in-natura  għandu jġib permess mingħand il-MEPA magħruf bhala consignment note permit. Qabel it-trasportazzjoni ta’ l-iskart, il-WasteServ trid tkun infurmata u kopja tal-permess irid jintbagħat lill-istess WasteServ.

Fl-2011 kien hemm każ fejn wara id-data ta’ skadenza indikata fil-consignment note permit maħruġ, l-iskart inġarr mill-Wasteserv għal ġo faċilità approvata.  Il-MEPA bħala regolatur immultat lill-entitajiet kollha li kienu involuti.

It-tieni każ kien jikkorċerna ġarr ta' asbestos minn kuntrattur privat li ma kienx kopert bil-consigment note permit. Kien ukoll sar użu ta' storage facility mhux awtorizzat.  Il-MEPA intervjeniet anki f'dan il-każ.  Il-kuntrattur konċernat kellu r-responsabilità delegata lilu skont it-termini tat-tender għat-tneħħija tal-asbestos mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u huwa refa’ din ir-responsabilità u fil-fatt ħallas il-multi dovuti. Il-WasteServ ma kelliex x’taqsam ma’ dan il-każ.

Dawn il-każijiet iservu ta’ konferma kemm l-awtoritajiet f’pajjiżna jagħmlu xogħolhom b’mod tajjeb u trasparenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow