KONFERENZA DWAR L-ISTORJA F’GĦAWDEX
A Wonderful Future Beckons Young Gozitan Historians kienet it-tema ta’ konferenza li ttellgħet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fis-Sala tal-Konferenzi tal-Ministeru għal Għawdex. Din il-konferenza kienet organizzata mid-Dipartiment tal-Istorja fi ħdan l-Università ta’ Malta b’koordinazzjoni tal-Professur Victor Mallia Milanes.
Fil-ftuħ tal-konferenza, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, qalet li din il-konferenza għandha relevanza mhux biss fil-kuntest reġjonali, iżda anke fuq dak nazzjonali. Hija wriet is-sodisfazzjon tagħha għall-fatt li l-lista ta’ kelliema hija magħmula minn gradwati Għawdxin, nisa u rġiel, li f’dawn l-aħħar snin laħqu diversi livelli ta’ studju dwar l-istorja fl-Università ta’ Malta. Dan permezz ta’ korsijiet li huma attendew kemm f’Malta kif ukoll fil-Kampus tal-Università f’Għawdex, li wasslu wkoll biex uħud minnhom jiksbu livelli ta’ masters jew dottorat.
Filwaqt li rringrazzjat lil koordinaturi, li permezz ta’ din il-konferenza poġġew fil-perspettiva x-xogħol u r-riċerka ta’ dawk li ġew ġustament deskritti bħala ‘storiċi żgħażagħ Għawdxin’, il-Ministru għal Għawdex fissret kif t-temi għad-diskussjoni jitfgħu ħarsa lejn l-istorja klassika u dik aktar riċenti. Dan jirrifletti wkoll id-diversità fl-għażla ta’ studji li joffri d-dipartiment tal-istorja, li allura jagħti opportunità ta’ studju f’diversi oqsma, bir-riżultat li jikber il-potenzjal li dan l-għarfien jista’ jkollu fil-qasam tax-xogħol. Hija rreferiet ukoll għal temi storiċi assoċjati mal-gżira ta’ Għawdex filwaqt li ferħet lill-kelliema Għawdxin għax minbarra s-sodisfazzjon personali l-istudji, tagħhom ifissru wkoll riżultati pożittivi għal gżira ta’ Għawdex.
Is-sessjonijiet fil-konferenza ġew immexxija mill-Professur Victor Mallia Milanes, in-Nutar Paul G. Pisani u n-Nutar Michael Refalo.
Other Press Releases:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024