Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr2303
Date Icon 22/10/2012

Filwaqt li l-Gvern jerġa’ jinnota b’sodisfazzjon li finalment Dott Muscat qed jirrealizza li l-investiment fl-estensjoni tal-Power Station f’Delimara huwa investiment importanti biex pajjiżna jibqa’ jattira investiment u xogħol f’pajjiżna, jiċċara li l-allarmiżu tiegħu għall-provvista ta’ enerġija fl-immedjat hija perikoluża u mhux fattwali.

Il-medja tat-talba ta’ enerġija bħalissa hija ta’ madwar 333 MW – bl-ogħla peaks tax-Xitwa f’perjodi ta’ kesħa jilħqu massimu ta’ 368 MW. Għandu jkun iċċarat li l-impjant ta’ Delimara waħdu jiflaħ jiġġenera kważi 300 MW, filwaqt li ż-żewġ boilers  u l-Gas Turbine tal-Marsa li qed jintużaw fil-preżent jiġġeneraw bejniethom 157 MW. Dan ifisser li d-domanda attwali tal-enerġija tista’ tintlaħaq mingħajr il-ħtieġa li jinxtegħlu l-erba’ boilers l-oħra tal-Power Station tal-Marsa. Naturalment, dawn ikunu disponibbli fil-każ li jkun meħtieġ.

Naturalment, l-importanza tat-tħaddim tal-impjant il-ġdid ta’ Delimara tibqa’ kruċjali għaliex se tfisser effiċjenza akbar fl-użu ta’ enerġija, tnaqqis tal-konsum ta’ fuel u tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet fl-arja.

Madankollu, l-impressjoni li qed jagħti Dott Muscat li pajjiżna se jispiċċa dipendenti fuq Power Station tal-Marsa mhix korretta u tagħmel ħsara għax tgerrex l-investiment u l-impjiegi. Il-Gvern jappella għall-prudenza u kontra kull allarmiżmu li ċerament mhux fl-interess tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow