STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Dott Muscat jammetti li l-investiment fil-Power Station huwa kruċjali għall-ekonomija
Stqarrija b'risposta għad-Diskors ta' Dott Muscat dalgħodu
Wara snin jitkellem kontra l-investiment fl-estensjoni tal-Power Station, Dott Muscat fl-aħħar qed jammetti li dan l-investiment huwa kruċjali għall-ekonomija, l-industrija u għall-ħolqien tal-jobs.
Wara li żviluppat ħsara f’dan l-impjant, kkaġunata mill-kuntrattur u li għaliha l-Enemalta se tkun qed tfittex lill-istess kuntrattur għad-danni, fl-aħħar Dott Muscat qed jirrealizza l-importanza ta’ dan l-investiment u issa qed jgħid li mingħajru pajjiżna se jsibha aktar bi tqila biex jattira l-investiment u l-postijiet tax-xogħol.
Hu proprju għalhekk li l-Gvern u l-Korporazzjoni se jieħdu l-passi neċessarji kollha biex ikun assigurat li dan l-impjant jidħol fis-seħħ fl-isqar żmien possibbli u biex il-kuntrattur iġorr kull responsabbiltà ta’ kull dewmien u l-ispejjeż li jistgħu jiġu kkaġunati mill-istess dewmien.
Li kien għall-Oppożizzjoni dan l-investiment qatt ma sar - u wieħed kien jistaqsi minn fejn kienet se tiġi l-provvista tal-enerġija li issa Dott Muscat qed jgħid li hija mhedda.
Dott Muscat jerġa’ juri inkompetenza politika u amministrattiva meta jiskanta li l-Enemalta trid tmur il-Qorti biex tinforza dak li hemm fil-kuntratt! Kif jinforza l-liġi allura jekk Dott Muscat jirbaħ il-poter? Ikun ta’ ġudikatur hu stess?
Il-kuntratt jipprovdi għall-penali mad-dewmien u aktar minn hekk l-Enemalta qed tieħu parir legali biex l-BWSC terfa’ wkoll responsabbiltà għal spejjeż li se jirriżultaw minn dan id-dewmien.
Other Press Releases:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024