IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JNIEDI ‘THE PRESIDENT’S CHARITY FUN RUN’ 2012 GĦAT-2 TA’ DIĊEMBRU
Din hija r-raba’ edizzjoni tal-President’s Charity Fun Run, u bħas-snin li għaddew din il-ġirja se jkollha l-iskop ewlieni sabiex tiġbor fondi b’risq l-Istrina 2012.
Is-Sur Joaquim F. Silva Pinto, il-Kap Eżekuttiv tal-Banif Bank qal li għar-raba’ sena konsekuttiva l-Banif Bank qed ikun l-isponsor ewlieni ta’ din l-attività u jemmen li x-xogħol nobbli li tagħmel il-Malta Community Chest Fund fis-soċjetà Maltija jagħti l-opportunità lill- Banif Bank ikompli juri r-responsabbiltà soċjali u b’hekk hija ta’ opportunità għall-Bank li jkompli jinvesti fil-komunità Maltija.
Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Joe Cassar tkellem dwar l-importanza li wieħed jipparteċipa f’dawn ix-xorta ta’ attivitajiet sportivi għax minbarra li jkun qiegħed jappoġġja attività filantropika, ikun ukoll qed jieħu ħsieb is-saħħa tiegħu. Li wieħed jagħmel xi forma ta’ eżercizzju jkun qed inaqqas ir-riskji ta’ mard li ġġib il-ħajja sedentarja u passiva u wkoll esprima li din l-attività jirnexxilha tgħaqqad il-poplu bħala wieħed u jagħmlu unit.
Il-President George Abela spjega li kull min se japplika se jkollu din is-sena goodie bag li jikkonsisti f’T-shirt u bib, energy bar, u beritta u mal-wasla l-Belt wieħed jingħata bħala tifkira ċertifikat flimkien ma’ frott u ilma. Qal ukoll li min jixtieq jagħmel il-ġirja mill-Palazz ta’ Sant’Anton sal-Palazz il-Belt, 7 kilometri, għadu fiċ-ċans li jibda jitħarreġ ftit kuljum u jkun jista’ jagħmilha.
Il-President Abela rringrazzja lill-Banif Bank li mill-ewwel sena emmen f’din l-attività li ta’ kull sena dejjem qed tikber. Irringrazzja wkoll lill-Ministru Joe Cassar li jemmen f’dawn l-inizjattivi u wkoll lis-Sindki tal-lokalitajiet li tgħaddi minnha l-ġirja għall-impenn tagħhom sabiex joħolqu festa f’kull lokal. Il-President Abela stieden lil dawk li jippreferu jimxu flok jiġru, sabiex jingħaqdu mas-Sinjura Abela minn ħdejn Casa Leoni f’Santa Venera.
Fi tmiem il-ġirja/mixja, kulħadd jispiċċa quddiem il-Palazz il-Belt sabiex il-festa titkompla fil-kumpanija ta’ Kurt Calleja fejn janima l-folla permezz tar-repertorju tiegħu u jtemmu l-attività Maria u Pedro f’party kbir permezz taz-Zumba.
Il-President’s Charity Fun Run se ssir fit-2 ta’ Dicembru u l-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru minn kull fergħa tal-Banif Bank, mill-uffiċini tal-Malta Community Chest Fund, il-Palazz il-Belt; mill-Palazz ta’ San Anton jew online www.funrun.org.mt
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 2122 6226.
Other Press Releases:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024