STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Il-President ta’ Malta Dott. George Abela, bis-setgħa mogħtija lilu bl-artiklu 93 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, iffirma llum il-warrant li permezz tiegħu awtorizza li għandha tingħata l-maħfra u konsegwentement għandha tinħeles b’effett immedjat mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Anna Cassar, detentriċi tal-Karta tal-Identità numru 599555 (m), li ġiet ikkundanata għall-perjodu ta’ tlett (3) xhur priġunerija li qed tiskonta skont sentenza tas-27 ta’ Ġunju 2011 mogħtija mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali, u konfermata mill-Qorti tal-Appell Kriminali b’sentenza tas-27 ta’ Settembru 2012.
Il-President ta’ Malta, llum kellu laqgħa ma’ Daniel, iben il-koppja Cassar, u wara li kkonsidra ċ-ċirkostanzi kollha tal-każ, inkluż ir-rakkomandazzjoni u l-parir favorevoli għall-maħfra tal-Kabinett tal-Ministri u tal-Avukat Ġenerali rispettivament, ideċċieda li għandha tingħata l-imsemmija maħfra.
Other Press Releases:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024