CHARM SISTER: MUSICAL BIT-TĦEJJIJA GĦALL-ĠURNATA MISSJUNARJA
Bħala parti mit-tħejjijiet għall-Ġurnata Missjunarja ta’ din is-sena, nhar is-Sibt 20 ta’ Ottubru 2012, se jkun ippreżentat musical li jġib l-isem ta’ Charm Sister.
Dan se jittella’ fit-teatru tar-Residenza San Vinċenz De Paul f’Ħal Luqa. Se jsiru żewġ serati bl-ewwel waħda tkun fit-3:00pm u huma mistiedna speċjali r-residenti ta’ San Vinċenz De Paul u t-tieni waħda tkun fis-6:00pm.
L-istorja oriġinali ta’ dan il-musical hija miktuba minn Claudia Cini, ispirata minn żewġ musicals popolari ferm, The Sound of Music u Sister Act.
L-istorja tlaqqagħna ma’ soru Maltija li tintbagħat il-Paragwaj taħdem mat-tfal tat-triq. Għalkemm fil-Paragwaj hemm ħafna faqar materjali hemm ukoll faqar soċjali.
Din is-soru ma xtaqitx tmur, imma kellha tbaxxi rasha u tobdi lis-superjura tagħha. Mal-wasla tagħha hemmhekk, tiltaqa’ mal-ewwel intopp: it-tfal tat-triq ma jriduhiex! Taħbat se taqta’ qalbha, imma bil-paċenzja u bil-qawwa tat-talb jirnexxielha tasal fejn xtaqet.
Dan il-musical huwa miktub bi kliem sempliċi li jifhmu kulħadd u l-kanzunetti huma kollha mexxejja u popolari li żgur iġiegħluk tkanta magħhom.
Il-kast jikkonsisti f’40 tifel u tifla ta’ bejn il-5 snin u 16-il sena, kollha membri taċ-Children Helping Children Club.
Għal aktar tagħrif u bookings, ċemplu l-Uffiċċju Missjunarju fuq 2123 6962. Il-prezz tal-biljetti huwa ta’ €5 l-kbar u €1 t-tfal.
Other Press Releases:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024