Left arrow Go Back

AKTAR POSSIBILITAJIET FIL-QASAM TAS-SAHHA

pr2129
Date Icon 30/09/2012

Iffirmat Ftehim bejn il-Gvern Malti u dak Ciniz dwar medicina kumplimentari u alternattiva

Waqt laqgha li saret bejn il- Ministru ghas-Sahha, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe Cassar u l-Ministru ghas-Sahha tac-Cina, Prof Chen Zhu, gie ffirmat ftehim ta kollaborazzjoni bejn iz-zewg pajjizi dwar medicina kumplimentari u alternattiva.

Waqt id-diskussjonijiet gew diskussi aspetti ta kif ic-Centru Regjonali tal-Mediterran dwar il-kura tradizzjonali  Ciniza, li jinsab f’Kordin, jista jwessa id-dimensjoni tieghu sabiex jizviluppa firxa aktar wiesa ta servizzi u jipprovdi tahrig kemm lill-professjonisti Maltin u wkoll dawk barranin. Il-Gvern Ciniz qabel ma din il-proposta li kienet giet imressqa mil-Ministru Cassar u offra kull ghajnuna biex dan isehh.

Matul din iz-zjara gie ffirmat ftehim ta kooperazzjoni bejn iz-zewg ministeri bl-iskop li :

1.      Titkompla u tissahhah il-kooperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi sabiex jitmexxa ic-Centru Regjonali tal-Mediterran dwar il Kura Tradizzjonali Ciniza, u jipprovdi servizz kemm ghal pazjenti Maltin kif ukoll dawk barranin

2.      Professjonisti Cinizi li huma kkwalifikati fil-Kura Tradizzjonali Ciniza jipprovdu servizz f’dan ic- centru

3.       Ic-centru jipprovdi tahrig lill professjonisti fil-qasam tas-sahha dwar din it-tip ta kura

4.      Ic-Centru jikkolabora mal-Universita ta Malta dwar tahrig fil-Kura Tradizzjonali Ciniza

F’laqghat ohra mall-Vici Gvernatur He Quan u ufficcjali tal-Ministeru tas-Sahha mill-provincja ta Jiangsu, liema provincja kienet responsabbli sabiex tipprovdi l-professjonisti ghac-centru ta Kordin, intlahaq qbil li jkomplu d-dikussjonijiet fuq livell tekniku sabiex ic-Centru ta’ Kordin jizviluppa f’ Centru Regjonali ghall Kura Tradizzjonali Ciniza ghall-Mediterran kollu.

Il-Ministru Chen Zhu ha l-opportunita sabiex jirringrazzja lill-Gvern u l-poplu Malti ghall-appogg u s- solidarjeta u l-ghajnuna li nghatat lill haddiema Cinizi li gew evakwati matul il-krizi fil-Libya filwaqt li awgura li l-kooperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi tkompli timmatura u titkattar fis-snin li gejjin.

Il-Ministru Cassar esprima s-sodisfazzjon tieghu dwar l-andament ta’ din iz-zjara u qal li dan huwa pass iehor sabiex il-kura tas-sahha f’Malta tigi ddiversifikata u mtejba ghal gid tal-pazjenti.

Il-Ministru Cassar, li mexxa delegazzjoni Maltija, kellu wkoll diskussjonijiet bilaterali ma ufficcjali tal-Ministeru ghas-Sahha Ciniz kif ukoll zjarat fi sptarijiet f’Beijing u Nanjing.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow