IS-SEBA’ SKEMA TA’ SCHOLARSHIPS GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ IMNEDIJA MILL-GVERN
Wara s-suċċess miksub mid-diversi skemi ta’ Boroż ta’ Studju offruti mill-Gvern fl-aħħar snin u r-rispons qawwi miż-żgħażagħ għal dawn l-iskemi, kien deċiż li titnieda skema oħra ta’ scholarships għal studji fil-qasam tal-Informatika u t-Teknoloġija tal-Komunikazzjoni u s-Servizzi Finanzjarji.
Din l-iskema hi mmirata għal żgħażagħ li jixtiequ jkomplu jistudjaw fl-oqsma imsemmija li huma oqsma li l-pajjiż se jkollu bżonn aktar nies imħarrġa u gradwati fihom.
Din se tkun is-seba’ skema ta’ Scholarships li l-Gvern qed joffri kemm fil-livell tal-ewwel degree kif ukoll għal studji li jwasslu għal Masters jew Dottorat.
Filwaqt li aktar kmieni dan ix-xahar, ingħataw li Scholarships fil-qasam tal-Isport u fil-qasam tal-Arti, fl-aħħar jiem ħarġu r-riżultati tal-iScholarships fl-iskema STEPS u MGSS. Dan wara li aktar kmieni din is-sena, tqassmu scholarships offruti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ u dalwaqt jitħabbru r-rebbieħa u jitqassmu scholarships taħt skema imnedija mill-MCAST.
Permezz ta’ din l-iskema l-ġdida, il-Gvern qed jagħti aktar opportunitajiet lil min irid ikompli jistudja f’istituzzjonijiet indipendenti rikonoxxuti u jikseb degree f’oqsma marbuta mat-Teknoloġija tal-Informatika u Komunikazzjoni jew fis-Servizzi Finanzjarji.
Dettalji ta’ din l-iskema mistennija jitħabbru l-ġimgħa d-dieħla. Din l-iskema ġdida ta’ Boroż ta’ Studju tkompli turi l-impenn tal-Gvern li jgħin u jiffaċilita t-triq għal min irid ikompli jistudja wara l-edukazzjoni obbligatorja, f’oqsma u livelli differenti.
Other Press Releases:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021