Left arrow Go Back

FILATELIJA FIL-BERĠA TA’ KASTILJA WAQT IN-NOTTE BIANCA

pr2111
Date Icon 28/09/2012

Fl-okkażjoni tan-Notte Bianca, se jinħareġ timbru speċjali u ‘Post Card’ li turi pittura ta’ Charles Frederick de Brockdorff tal-Berġa ta’ Kastilja.  It-timbru speċjali u l-‘Post Card’ f’kundizzjoni ‘mint’ kif ukoll ikkanċellata se jkunu jistgħu jixtraw minn stand tal-MaltaPost mill-Berġa ta’ Kastilja.

Mill-Berġa ta’ Kastilja se jitqassam ukoll ktieb dwar il-bolli f’Malta.  Il-ktieb hu ta’ Trevor Zahra u fih fost l-oħrajn tagħrif dwar l-ewwel bolla li ħarġet f’Malta, avvenimenti u anniversarji li huma mfakkra f’bolol differenti li ħarġu matul is-snin f’Malta.

Min iżur il-Berġa ta’ Kastilja jista’ jieħu sehem f’kompetizzjoni b’100 premju fosthom The Malta Stamp Collection, repliki tal-fidda ta’ bolol u folders kommemorattivi maħruġa mill-MaltaPost.

Min iżur il-Berġa ta’ Kastilja jingħata pubblikazzjonijiet dwar ”Il-bandiera Maltija”, il-laqgħa tal-5+5 li se ssir f’Malta, il-Berġa ta’ Kastilja u l-kantina taħt il-Berġa.

pr2111a.pdfpr2111a.pdf
pr2111b.pdfpr2111b.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow