Left arrow Go Back

IL-GVERN KOMMESS LI JKOMPLI JSAĦĦAĦ U JIFTAĦ IS-SISTEMA TAL-ISTIPENDJI

pr2108
Date Icon 28/09/2012

Il-Gvern hu kommess li s-sistema tal-istipendji mhux biss iżommha imma jkompli isaħħaħa u jiftaħha biex aktar studenti jibbenefikaw minnha.  Fis-sena akkademika li tiftaħ nhar it-Tnejn,  madwar 18,800 student se jkunu qed jirċievu l-istipendju.

Din l-assikurazzjoni sostnietha l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina meta dal-għodu ltaqgħet ma’ studenti li se jidħlu fl-Iskola Sekondarja Giovanni Curmi waqt li kienu qed jagħmlu s-Smart Card tagħhom li hi parti mill-Għotja ta’ Manteniment tagħhom.

Il-Ministru Cristina fakkret li l-Gvern jivvota madwar €23 miljun fis-sena fuq l-istipendji. Fil-fatt, student li jagħmel kors ta’ sentejn fil-livell Post Sekondarju jieħu €1300 fi stipendju. Min-naħa l-oħra, student li jagħmel kors ġenerali ta’ tliet snin fl-Universita’ jieħu €4,380 fi stipendju u jekk qed jagħmel kors preskritt ta’ tliet snin jieħu €7,200 fi stipendju.

Il-Ministru fakkret li fl-1997, in-numru ta’ studenti jieħdu stipendju kien ta’ 8,000 u l-Gvern Laburista ta’ dakinhar kien ghamel skema ta’ dejn għall-istudenti mal-banek, minflok stipendju kollu.  Il-lum għandna aktar minn 18,800 student jieħdu stipendju li hu kollu kemm hu GĦOTJA u l-istudenti ma’ jridu jroddu xejn lura.

Studenti fl-MCAST li qed ikomplu  bit-Top Up Degree, jieħdu l-istess stipendju daqs studenti fl-Universita’.

Hemm madwar 1,600 student li jikkwalifikaw biex jieħdu l-Għotja Supplimentari fejn allura ikunu megħjuna aktar minn studenti oħra minħabba ċ-ċirkostanzi tal-familja tagħhom.

Kull student li jidħol ġdid fil-livell Post Sekondarju, jiġifieri fil-Junior College, l-MCAST, l-ITS, il-Higher Secondary ta’ Malta jew ta’ Għawdex, is-Sixth Forms tal-Knisja jew Indipendenti, ikun irid jagħmel is-Smart Card. Dan il-proċess isir għand il-kuntrattur tas-sistema – Apco Ltd. u l-istudent jingħata l-card dak il-ħin stess, lesta biex tkun użata.

Ta’ min jgħid li meta daħlet is-sistema tal-card fis-sena 2000, kien hawn 50 ħanut li jaċċettawha.  Il-lum dan in-numru żdied għal 550.

Matul iż-żjara tagħha għand Apco  Limited, il-Ministru tkellmet mal-istudenti li kienu qed jagħmlu l-card tagħhom.  Hi kienet milqugħa mid-Diretturi tal-kumpanija, Ian u Robert Pellicano li spjegawlha kif jaħdem il-proċess kollu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow