Left arrow Go Back

FESTA TAL-LAMPUKI

pr2103
Date Icon 27/09/2012

Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru, fil-Bajja ta’ Spinola, San Ġiljan, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruraliser jorganizza l-Festival tal-Lampuki flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, is-sajjieda tal-lokal u entitatijiet oħra midħla fis-settur tas-sajd. Fi żmien meta l-istaġun tal-lampuki huwa fl-aqwa tiegħu, wieħed se jkun jista’ japprezza din is-sengħa tas-sajd li hija waħda antika u tradizzjonali li sal-lum il-ġurnata baqgħet b’saħħitha u tifforma parti importanti mis-settur tas-sajd Malti.

Mill-5pm, il-pubbliku se  jsib jixtri kemm lampuki friski kif ukoll platti bnini u appetitużi tal-lampuki imsajrin f’diversi metodi u b’riċetti varjati. Il-pubbliku se jkollu l-okkażjoni jinforma u jeduka ruħu fuq  is-sengħa ferm antika u tradizzjonali tas-sajd tal-lampuki minn sajjieda u professjonijisti u uffiċjali tal-Ministeru. Min jixtieq idur dawra mal-bajja pittoreska ta’ Spinola se jkun jista’ jagħmel dan fuq dgħajsa Maltija. Wieħed għandu jsib ukoll wirjiet ta’ apparat relatat mas-sengħa u dgħajjes tas-sajd, kif ukoll wirja estensiva  ta’ artiġġjanat u arti Maltija.

Biex jikkumplimenta dan kollu, fl-isfond se jkun hemm programm kontinwu ta’ divertiment spettakolari bil-parteċipazzjoni ta’ diversi artisti stabbiliti Maltin bħal George Curmi (Il-Pusè), Il-Hooligan, Fabrizio Faniello, Christabelle, it-tim ta’ Deja` Vu, marċi u iktar. Għal iktar dettalji u informazzjoni  persuna tista’ żżur il-website www.mrra.gov.mt,  tibgħat email fuq naturalmentmalti.mrra@gov.mt, tidħol fil-paġna tal-facebook NaturalmentMalti,  jew iċċempel fuq 22924110/4130.

PR 2103.jpgPR 2103.jpg

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow