Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr2089
Date Icon 26/09/2012

Il-Ministeru jinnota l-Istqarrija ta’ Standard and Poor’s dwar il-credit rating tal-Korporazzjoni tal-Enemalta, liema rating gie kkonfermat fuq livell ta' B+.

Dan ir-rapport jinnota li din is-sena l-Gvern qed jghin lill-Korporazzjoni Enemalta, biex fid-dawl ta’ zidiet ulterjuri fil-prezz internazzjonali taz-zejt, tkun tista’ ma tghollix it-tariffi. Bl-intervent tal-Gvern, il-familji, is-sidien tan-negozji u l-industrijalisti mhux qed ihallsu tariffi oghla. Dan jixhed l-ghaqal u r-responsabbilta tal-Gvern li meta affacjat bi prezzijiet oghla fiz-zejt, ghazel li jnaqqas in-nefqa tieghu fuq aspetti ohra tal-hidma tal-Gvern u jghin lill-familji u n-negozji ta’ pajjizna. Wiehed ifakkar li l-Oppozizzjoni kienet haditha hatta bla qabel kontra d-decizjoni li jnaqqas in-nefqa tieghu f'setturi ohra biex it-tariffi ma joghlewx.

Fl-istess waqt, Standard and Poor’s tipproponi li biex l-Enemalta ttejjeb ir-rating taghha, trid:

a)Tkompli tinvesti aktar fil-generazzjoni tal-energija: dan hu li qed taghmel il-Korporazzjoni, b’estensjoni fil-power station ta’ Delimara li se tkun qed tahdem b’efficjenza d-doppju ta’l-Power Station tal-Marsa. Dan kien ikkonfermat illum mill-kumpanija internazzjonali Platts li nnominat l-impjant ta’ Delimara bhala wiehed mill-finalisti ghall-Premju li jaghti rikonoxximent ghall-impjanti tal-energija efficjenti u teknologikament avvanzati; kif ukoll b'investiment f'interconnector ma' Sqallija.
b)Timplimenta programm car ta’ ristrurrar tad-dejn: dan hu l-iskop tal-Ispecial Purpose Vehicle (SPV) li l-Gvern ressaq quddiem il-Parlament u li se jigi diskuss fil-jiem li gejjin
c)Tgholli t-tariffi tad-dawl: pozizzjoni  li l-Gvern minhabba c-cirkustanzi ekonomici ghazel li ma jaghmlix u  minflok ghazel li jghin lill-Korporazzjoni biex ma jkollhiex ghalfejn taghmel dan. Dan il-kumment juri bic-car li kull diskors populistiku ta’ tnaqqis ta’ tariffi mhux fattibbli, ghaliex kif turi bic-car Standard and Poor’s it-tariffi llum lanqas huma bizzejjed biex tkun kopruta l-ispiza attwali tal-fuel.


Dan il-Gvern jibqa’ kommess li jinvesti fil-generazzjoni ta’ energija li hija krucjali biex nibqghu nattiraw l-investiment u l-jobs f’pajjizna. Fl-istess waqt, jerga juri l-impenn tieghu li kemm-il darba l-prezzijiet taz-zejt jibqghu fil-livelli li qeghdin llum, lest jerga jzid l-ghajnuna lill-Enemalta biex ikun assigurat li ma jkunx hemm aktar pizijiet ghall-familji u s-sidien ta’ negozji Maltin u Ghawdxin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow