IKOMPLU JIŻDIEDU N-NIES JAĦDMU
L-istatistika li ħarġet illum li turi li n-nies jaħdmu bi qliegħ żdiedu u li żdiedu b’rata aktar mgħaġġla n-nisa jaħdmu bi qliegħ, turi li l-politika tal-Gvern li jinċentiva ż-żieda fl-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi u jħajjar lin-nisa biex jibqgħu f’impjieg qed tagħti riżultati.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol l-Onor. Dolores Cristina, f’kumment li għamlet qalet li l-politika tal-Gvern qed twassal biex jiżdiedu l-postijiet tax-xogħol. Bl-opportunitajiet ġodda ta’ xogħol qed jinħolqu firxa wiesgħa ta’ impjiegi għal ħiliet differenti. Hi qalet li biż-żieda fl-investiment privat fil-fabbriki, kumpaniji, u negozji żgħar u medji inħolqu 20,000 impjieg ġdid f’4 snin.
Hi qalet li l-Gvern naqqas l-income tax sa €25,000 għas-sidien ta’ negozji żgħar u medji li jinvestu jew jimpjegaw aktar ħaddiema, qiegħed iħajjar aktar investiment lokali u barrani bi skemi u inċentivi differenti, qed iżid il-family friendly measures u jiftaħ aktar child care centres u aktar servizzi għat-tfal wara l-iskola bħal Klabbs 3 – 16. Dawn kollha huma inizjattivi li jgħinu biex aktar nies jaħdmu bi qliegħ.
Il-Ministru Dolores Cristina qalet li l-Gvern qed jinvesti b’mod qawwi fil-ħiliet taż-żgħażagħ u l-ħaddiema. Il-Gvern qed jinvesti fit-taħriġ tal-ħaddiema, permezz ta’ korsijiet tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ – l-ETC. Fil-qasam edukattiv, qed jiżdiedu l-istudenti li jkomplu l-istudji tagħhom wara s-sekondarja. Illum 83% taż-żgħażagħ qed ikomplu l-istudji filwaqt li fl-1999, 43% kienu jkomplu jistudjaw. Hi qalet li bl-investiment li qed jagħmel il-Gvern fl-edukazzjoni t-taħriġ, l-investituri u s-sidien ta’ negozji jafu li se jsibu ħaddiema ta’ ħila u mħarrġa sew.
Statistika tal-NSO turi li fl-aħħar sena l-impjiegi żdiedu bi 2.1% filwaqt li n-nisa jaħdmu bi qliegħ żdiedu għal kwazi 44% - żieda ta’ 3.4% fuq sena qabel.
Ir-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa telgħet minn 32.2% fl-2001 għal 40.5 fl-2011 u għal 43.9 f’Ġunju 2012.
Il-paga medja f’sena żdiedet b’€464. Din iż-żieda ma tinkludix dħul minn ħlas ta’ overtime, bonus jew allowances oħra.
Other Press Releases:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021