BIDU TAS-SENA FORENSI 2012/13
pr2077
26/09/2012
Nhar it-Tnejn, 1 t’Ottubru, 2012, fil-10.30 ta’ filgħodu, ser issir is-seduta inawgurali fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-Sena Forensi fl-Awla numru 22. Isiru diskorsi tal-okkazzjoni mis-Sinjurija Tiegħu il-Prim Imħallef Silvio Camilleri u mill-President tal-Kamra tal-Avukati Dott. Reuben Balzan LL.D.
Għal din iċ-ċerimonja ser jattendu, fost mistiedna distinti oħra, l-Eċċellenza Tiegħu il-President ta’ Malta, il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, l-Avukat Ġenerali u x-Shadow Minister għall-Ġustizzja.
Membri tal-Istampa jistgħu jattendu.
Other Press Releases:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021