TERĠA TIĠI ESTIŻA B’SUĊĊESS L-ISKEMA TAL-FIDI TAĊ-ĊNUS TAL-ART RESIDENZJALI TAL-GVERN
Il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur jerġa’ jħabbar li minħabba d-domanda kbira li kien hemm għall-iskema tal-fidi taċ-ċnus li ġiet imħabbra mill-istess Ministeru seba’ xhur ilu, din issa regħat ġiet estiża sal-5 ta’ Ottubru 2012 minflok kif kien oriġinarjament ippjanat, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2012.
L-iskema kompliet issarraf f’suċċess kbir u dan jirrifletti x-xewqa li għandhom mijiet ta’ familji sabiex jifdu ċ-ċens tad-dar tagħhom, biex b’hekk ikunu jistgħu jsiru s-sidien ta’ djarhom. L-iskema toffri l-opportunità li minn għandu ċens temporanju fuq proprjetà residenzjali tal-Gvern, ikun jista’ japplika biex jifdi ċ-ċens tiegħu b’rati favorevoli u vantaġġjużi. Mill-bidu tas-sena saru diġà 338 –il kuntratt ta’ fidi taċ-ċens. Dan l-ammont jirrifletti l-applikazzjonijiet li kien hemm pendenti mill-iskema ta’ qabel. Minn mindu reġgħet infetħet l-iskema, jiġifieri minn Frar ta’ din is-sena, daħħlu 1330 applikazzjoni. Din id-domanda kbira, tfisser serħan il-moħħ għal ħafna familji, li dejjem xtaqu jifdu ċ-ċens ta’ darhom sabiex isiru s-sidien tagħhom.
Kull min hu interessat li japplika jista’ jew jidħol fis-sit elettroniku www.gpd.gov.mt u jniżżel l-applikazzjoni minn hemm, jew imur direttament fl-Uffiċċju Konġunt fi ħdan it-Taqsima Propjetà tal-Gvern, f’Auberge de Baviere, Triq San Sebastjan, fil-Belt Valletta.
Other Press Releases:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021