STQARRIJA TAD-DIRETTUR TAS-SERVIZZI KORRETTIVI
pr2035
19/09/2012
Matul il-lejl li għadda, roqgħa kisi waqgħet mis-saqaf tas-sala magħrufa bħala ‘id-debituri’ fejn isiru ż-żjarat mal-priġunieri fil-parti l-qadima tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Bħala prewkazjoni inġieb perit biex jevalwa s-sitwazzjoni u s-sala ma nfetħitx għall-pubbliku.
B’kawża ta’ dan, l-amministrazzjoni tal-Faċilità għamlet l-arrangamenti neċessarji biex b’mod temporanju, ż-żjarat lill-priġunieri li kienu jsiru f’din is-sala isiru fi kmamar oħra, fejn isiru żjarat simili lill-priġunieri ta’ Diviżjonijiet oħrajn.
Dan sakemm isiru xogħlijiet ta’ tiswija meħtieġa. Iż-żjarat lill-priġunieri għalhekk ser jibqgħu isiru bħas-soltu.
Other Press Releases:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021