Left arrow Go Back

GĦADDEJ IX-XOGĦOL FUQ IR-RIABILITAZZJONI TAL-FOSS TAL-IMDINA – AKTAR SPAZJU MIFTUĦ TA’ RIKREAZZJONI

pr2030
Date Icon 18/09/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq ir-riabilitazzjoni tal-foss tal-Imdina, fejn qed jingħata aktar spazju miftuħ għan-nies.

Dan il-proġett qed isir b'investiment ta' madwar miljun u mitejn elf ewro, li mistenni jkun lest aktar tard din is-sena. Dan il-proġett ikopri kważi 16,000 metru kwadru ta' art mhux utilizzata u li ma kinitx aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-proġett ta' riabilitazzjoni se jkun qed jipprovdi spazju rikreattiv ġdid, fi ġnien, u b'pavimentar imdawwar b'siġar tal-larinġ u tipi ta' siġar oħra. Filfatt f’dan il-proġett se jkun hemm aktar siġar milli kien hemm qabel ma nbeda l-proġett fejn il-maġġoranza tas-siġar li kien hemm ġew imħawla fl-istess foss aktar ‘il barra mis-swar biex tingħata iżjed importanza lis-swar.

Għal dan il-għan filfatt se tkun installata sistema ġdida ta’ dawl li se tkun qed tikkumplimenta l-proġett sabiex il-Foss ikun imdawwal u aċċessibbli għall-pubbliku anki filgħaxijiet.

Il-proġett  jinkludi wkoll eżercizzju intensiv dwar l-użu sostenibbli tal-ilma. Diġà sar xogħol għal ilqugħ għall-ilma fuq is-sur ta' San Pawl. L-ilma kollu li nġabar matul is-sena li għaddiet ġie trasferit f'ġibjun li jinsab fil-bitħa tal-Palazz Vilhena. Dan se jservi bħala wieħed mill-ġibjuni ta' riserva għall-ġibjun prinċipali eżistenti li jinsab fil-Foss, flimkien ma' żewġt iġwiebi oħra li qed jinbnew bħala parti mill-proġett.

Ir-riabilitazzjoni tal-Foss tal-Imdina torbot mal-lista ta' proġetti li qed isiru fl-Imdina tant li s-sena l-oħra ntemm ix-xogħol metikoluz ta' restawr u konsolidament tas-swar ta' taħt il-Palazz Vilhena u s-sur ta' San Pawl.  Fiż-żona ta’ madwar l-Imdina  sar proġett ta’ tisbiħ tal-Għalqa ta’ Kola, sar il-      pavimentar ta’ Triq Santu Wistin, u r-restawr tal-Funtana tas-Saqqaja fir-Rabat.

Ix-xogħol estensiv ta’ restawr tas-swar fl-Imdina se jkompli wkoll matul is-sentejn li ġejjin fejn il-Magazzini storici li jħarsu fuq l-Imtarfa u l-bastjun ta' Despuig, li jiġi taħt il-Kon Kattidral tal-Imdina, wkoll se jsirilhom interventi intensivi ta' konsolidament strutturali u ta' restawr, li qed isiru b’investiment ta’ €36 miljun b'ko-finanzjament ta' 85% mill-UE.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow