JUM L-INDIPENDENZA, 21 TA' SETTEMBRU, 2012
Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza l-Kumitat Festi Nazzjonali se jorganizza dawn l-attivitajiet:
Il-Ħamis, 20 ta' Settembru, 2012
Tqegħid ta' Kuruni miċ-Chairman u s-Segretarju tal-Kumitat Festi Nazzjonali fuq Monumenti/Oqbra ta' Prim Ministri mejtin.
Il-kuruni jitqiegħdu f'din is-sekwenza
| 10.00 hrs | Monument tal-Ex Prim Ministru George Borg Olivier - Misraħ Kastilja Valletta |
| 10.03 hrs | Monument tal-Ex Prim Ministru Paul Boffa - Misraħ Kastilja, Valletta |
| 10.05 hrs | Monument tal-Ex Prim Ministru Gerald Strickland - Barrakka ta' Fuq, Valletta |
| 10.10 hrs | Monument tal-Ex Prim Ministru Nerik Mizzi – Pjazza San Ġwann, Valletta |
| 10.20 hrs | Monument tal-Ex Prim Ministru Ugo Mifsud – Floriana |
10.40 hrs Qabar tal-Ex Prim Ministru Dom Mintoff – Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola
Qabar tal-Ex Prim Ministru Joseph Howard - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola
Qabar tal-Ex Prim Minstru Francesco Buhagiar - Ċimiterju Santa Marija Addolorata, Paola
Il-Ġimgħa, 21 ta' Settembru, 2012 - JUM L-INDIPENDENZA
Quddiesa Pontifikali u "Te Deum" fil-Konkatidral ta' San Ġwann
| 09.30 hrs | Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn Puturjal għal Triq ir-Repubblika, Valletta. |
| 09.42 hrs | Wasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f'Misraħ San Ġwann |
| 09.48 hrs | Wasla tal-Kap-Kmandant tal-Forzi Armati |
| 09.51 hrs | Wasla tal-Prim Ministru |
| 09.55 hrs | Wasla tal-ET il-President ta' Malta |
Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur.
10.00 hrs Quddiesa Pontifikali u kant tat-Te Deum
Tqegħid ta' Fjuri fuq il-Monument tal-Indipendenza, Floriana.
| 11.45 hrs | Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta u l-Gwardja tal-Unur jimmarċjaw tul Triq l-Assedju l-Kbir, Floriana. |
| 11.50 hrs | Wasla tal-Gwardja tal-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati ħdejn il-Monument tal-Indipendenza |
| 11.54 hrs | Wasla tal-Kap Kmandant tal-AFM |
| 11.57 hrs | Wasla tal-E.T. il-President ta’ Malta u l-Onor Prim Ministru |
| 12.00 hrs | L-E.T. il-President ta' Malta u l-Onor. Prim Ministru jqiegħdu bukketti ta' fjuri fuq il-Monument. |
KUNĊERT TAL-INDIPENDENZA
19.00 hrs Kunċert Sinfoniku mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-direzzjoni ta’ Mro Michael Laus il-Palazz, Valletta. Fost l-oħrajn f’dan il-kunċert tiġi eseġwita s-silta “Il-Misteru ta’ Ħaġar Qim” ta’ Stephen Joseph Psaila – kompożizzjoni li rebħet l-ewwel edizzjoni tal-Music Composition Competition for Independence Day imnedija mill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti.
Other Press Releases:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021