Left arrow Go Back

FAĊILITÀ OĦRA MODERNA, MGĦAMMRA BL-AĦĦAR TEKNOLOĠIJA FL-ISPTAR MATER DEI

pr2412
Date Icon 09/12/2011

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Hyperbaric Unit fl-Isptar Mater Dei, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Hon. Joe Cassar qal li matul is-snin dan il-Unit sar wieħed mill-aqwa fil-Mediterran.  Il-Ministru spjega li l-iżvilupp tal-Hyperbaric Services f’pajjiżna beda minn kamra żgħira li kienu ħallew l-Ingliżi wara l-ewwel Gwerra Dinjija u li fil-fatt kienet fil-Kalaxlokk.  Eventwalment din ġiet trasferita fl-isptar San Luqa, f’binja li kienet saret apposta.  Joe Cassar qal li meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei il-Gvern investa f’appart ġdid u ħafna akbar u li matul is-snin baqa’ jissaħħaħ l-investiment sabiex illum il-faċilità li qed tintuża għal diversi għanijiet fil-kura tas-saħħa.

Il-Ministru qal li fil-Hyperbaric Unit titwassal kura speċjalizzata bħal fil-każijiet ta’ cerebral air embolism, li hija clot tal-arja u li tista’ toqtol fi ftit ħin.  Il-post jintuża wkoll, fost każijiet oħra, għall-kura ta’ infezzjonijiet serji li jiġu minn mikrobi li ma għandhomx bżonn ossiġnu, mikrobi anerobiċi u li normalment jirriżultaw f’sieq ikkankrata.  

Filwaqt li appella biex kulħadd ikun jaf aktar dwar dawn il-kundizzjonijiet li jistgħu jikkawżaw ħafna ħsara lis-saħħa u saħansitra mewt, il-Ministru qal ukoll li din is-sena it-tobba li kienu ilhom għal snin twal jagħtu s-servizz tagħhom f’din il-Unit, Dr Cali Corleo u Dr Muscat,  illum huma it-tnejn konsulenti u qegħdin imexxu is-servizz uniku fil-ġeneru tiegħu.  Hu żied jgħid li l-esperjenza tagħhom flimkien mal-investiment li sar u jsir kontinwament fl-apparat, ifisser ukoll aktar serħan il-moħħ għal għaddasa Maltin u barranin li issa jafu li f’każ ta inċident, għandhom tim professjonali, bl-aqwa għodda possibbli,  għand min jirrikorru.

Il-Konsulenti Muscat u Cali Corleo wasslu informazzjoni relatata mal-istorja tal-Hyperbaric Units kif ukoll spjegazzjoni dwar dak li jseħħ u kif titwassal il-kura fil-Unit.  Bħala riżulatat ta’ żieda qawwija fin-numru ta’ għaddasa Maltin u barranin li esperjenza pajjiżna, din is-sena kienet l-aktar sena li fiha ġew irreġistrati inċidenti relatati u li rrikjedew l-għajnuna immedjata offruta fil-Hyperbaric Unit.  Fil-fatt din is-sena kien hemm 45 inċident relatat (14 Għawdex, 31 Malta).  Minn dawn sfortunatament persuna waħda tilfet ħajjitha.

Grazzi għall-intervent f’waqtu tal-professjonisti li jaħdmu f’din il-Unit ġie evitat li n-numru ta’ mwiet ikun wieħed ferm akbar.  Il-Konsulenti fakkru li meta s-servizz kien jingħata, fi spazju izgħar u b’tekoloġija limitat, il-Unit kien ikollha toħroġ stqarrija lill-mezzi tax-xandir sabiex tavża lill-għaddasa biex ma jgħoddsux, minħabba li l-Unit kienet se tkun qed tintuża għall-kura.

Illum, filwaqt li d-disinn tal-Unit huwa ħafna akbar, u allura jakkomoda aktar pazjenti, u minħabba l-fatt li hemm unit ieħor iżgħar dejjem għal lest, ma hemmx lok li jiġi limitat il-ħin tal-għaddasa.

Minħabba li t-trattament li jingħata huwa wieħed li jirrikjedi tul ta ħin, il-faċilità hija mgħammra b’televiżjoni, u kumditajiet oħra li jippermettu l-pazjent ikun kemm jista jkun komdu sakemm jgħaddi il-ħin tal-kura.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għawdex 2026’, biċ-ċelebrazzjonijiet jibdew bil-kunċert spettakolari ‘Christmas It’s Time’

PR262013

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  FITA: 25 sena ta’ ħidma biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd

PR262012

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...

More Press Releases Right arrow