STQARRIJA TAD-DIRETTUR TAS-SERVIZZI KORRETTIVI
Id-Direttur tas-Servizzi Korrettivi jirreferi għal rapport li xxandar il-bieraħ filgħaxija minn One News rigward is-servizzi edukattivi offruti lill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Fid-dawl tad-diversi kummenti u mistqosijiet li rċieva kemm mill-priġunieri li bħal issa qed jirċievu l-edukazzjoni, kif ukoll mill-edukaturi li joffru s-servizzi tagħhom, id-Direttur jiċċara li għall-kuntrarju ta’ dak li ingħad mill-edukatur part-time tal-Faċilità li ġie intervistat, l-investiment fl-edukazzjoni tal-priġunieri żdied u mhux naqas fl-aħħar snin. Tajjeb jingħad ukoll li dan wassal għal żieda qawwija kemm fil-varjetà ta’ attivitajiet edukattivi li jistgħu jidħlu għalihom il-priġunieri, il-ħinijiet li dawn jiġu offruti kif ukoll fin-numru ta’ priġunieri li qed jattendu għalihom.
Fil-fatt, minn kemm ilha tiffunzjona l-iskola fil-Faċilità qatt ma kien hemm daqshekk konkorrenza għal dawn is-servizzi edukattivi u qatt ma kien hemm daqstant priġunieri jattenndu kors u joqogħdu għall-eżamijiet tagħhom daqs kemm kien hemm dan l-aħħar. Naturalment dan wassal għall-bżonn biex l-iskola tinfetaħ għal ħinijiet itwal matul il-ġimgħa u anke tibda tinfetaħ is-Sibtijiet. Dan jista’ jingħad anke għar-rigward tal-korsijiet li jingħataw lill-priġunieri ‘l barra mill-ħitan tal-Faċilità f’diversi entitijiet edukattivi.
Bħal ma jista’ jiġri fi kwalunkwa kors edukattiv, il-konkorrenza f’korsijiet partikolari tista’ tonqos minn dik li tkun fil-bidu tal-kors. Dan jista’ jkun ukoll riżultat tan-nuqqas ta’ interess li jiġġenera suġġett partikolari jew anke l-mod kif dan is-suġġett jitwassal mill-għalliem. L-edukatur li ġie intervistat minn One News fil-fatt bħal issa qiegħed jagħti lezzjoni waħda ta’ sagħtejn darba fil-ġimgħa peress li l-istudenti fil-klassi għas-suġġett tiegħu naqsu għal tnejn biss.
Id-Direttur tas-Servizzi Korrettivi jtenni l-impenn li s-servizzi edukattivi li jingħataw fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ser jkomplu jiġu msaħħa, hekk kif tidħol fis-seħħ ir-riforma tal-Ġustizzja Riparatriċi kmieni s-sena d-dieħla.
Other Press Releases:
PR262013
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...
PR262012