BETLEHEM F’GHAJSIELEM TIBBENEFIKA MINN GHOTJA TAHT SKEMA TAL- MINISTERU
Il-Fondazzjoni Betlehem f’Għajnsielem li din is-sena ser tkun qed torganizza r-raba’ edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Passi, ser tkun qed tibbenefika minn għotja ta’ madwar €19,000 mill-Ministeru għal Għawdex. Dan permezz tal-iskema ta’ eko-Għawdex għall-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi
Għawdxin biex iwettqu proġetti relatati mal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ eko-Għawdex 2010 – 2012.
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono żaret l-inħawi Ta’ Passi waqt li kienu għadhom għaddejjin l-aħħar preparamenti qabel ma’ dan il-villaġġ tal-Milied jinfetaħ għall-pubbliku nhar il-Ħadd li ġej. Il-Ministru Debono qalet li l-Ministeru għal Għawdex dejjem appoġġja bis-sħiħ l-inizjattiva ta’ din il-Fondazzjoni, li wasslet biex f’dawn l-aħħar snin ġiet stabillita bħala attivita’ ewlenija fil-kalendarju kulturali tal-gżejjer Maltin għal dan iż-żmien tas-sena. Permezz tal-ghajnuna tal-Ministeru ghal Ghawdex f’dan il-villagg seta’ jsir aktar tisbieħ, kif ukoll reklamar ta’ dan il-villaġġ fi swieq internazzjonali.
L-għotja finanzjarja tal-Ministeru għal Għawdex serviet biex fost l-ohrajn inxtrat lgħamara meħtieġa u zkuk biex isebbħu l-inħawi, makkinarju tal-biedja, kif ukoll għall-produzzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ elfejn ktejjeb għat-tfal li ġew stampati fuq karta riċiklata. Dan il-ktejjeb ser ikun jinkludi informazzjoni dwar dan l-avveniment annwali u dwar diversi tradizzjonijiet, kif ukoll logħob.
Elementi partikolari li wieħed jsib f’dan il-villaġġ bħal ħwienet tal-mastrudaxxa u talħaddied, il-furnar, is-suq tal-ħaxix u l-frott, it-taverna, u l-għelieqi tar-rgħajja blannimali, saru attrazzjonijiet popolari mfittxija minn eluf ta’ Maltin u Għawdxin u anke turisti li matul l-aħħar tliet snin komplew jiżdiedu fin-numru. Ma jistax jonqos li
l-attrazzjoni ewlenija f’dan il-villaġġ tal-Milied hija l-grotta fejn twieled Ġesù Bambin.
Other Press Releases:
PR262013
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...
PR262012