Left arrow Go Back

KONSULTAZZJONI PUBBLIKA – IMĠIEBA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’PACEVILLE

pr2395
Date Icon 07/12/2011

Dan l-aħħar il-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Soċjali ħa l-inizjattiva biex jibda jistħarreġ is-sitwazzjoni preżenti f’Paceville.  Fil-fatt il-Kumitat iltaqa’ ma’ rappreżentanti li ġejjin minn diversi oqsma fost oħrajn mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u mill-Kumitat Amministrattiv ta’ Paceville, GRTU, MHRA, GASP, mill-Aġenzija Żgħażagħ, mill-Pulizija, mill-Awtorità tat-Turiżmu, mal-Federation of English Language Teaching Organisations Malta, u mad-diriġenti tal-Millennium Chapel.  Ir-residenti ta’ Paceville wkoll esprimew ruħhom fuq dan is-suġġett.

Wara li ħa u xtarr il-kummenti ta’ dawn l-għaqdiet u entitajiet pubbliċi, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali jixtieq li issa jistieden lil dawk il-ħaddiema li jaħdmu fl-istabbilimenti tad-divertiment f’Paceville, kif ukoll żgħażagħ u persuni oħra li jiffrekwentaw Paceville, biex jiktbu lill-kumitat dwar is-sitwazzjoni preżenti li teżisti f’Paceville.  Dawn jistgħu jkunu lmenti jew nuqqasijiet li wieħed isib f’Paceville, kif ukoll suġġerimenti għal Paceville aħjar.

Wara li dan il-proċess ta’ Konsultazzjoni Pubblika jkun iffinalizzat, il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali għandu joħroġ rapport dwar dak kollu li sema’ bil-għan li tinstab soluzzjoni.

Għaldaqstant il-Kumitat qed jistieden lil kull min hu interessat biex jibgħat ilmenti, kummenti u suġġerimenti permezz ta’ e-mail fuq l-indirizz elettroniku tal-Kumitat.  Dawn is-sottomissjonijiet li jistgħu jkunu anonimi wkoll, għandhom jintbagħtu fuq socialaffairs.parliament@parlament.mt.

Jistgħu jintbagħtu wkoll bil-miktub indirizzati kif hawn taħt:

Is-Segretarja
Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali
Kamra tad-Deputati
Il-Palazz
Il-Belt Valletta

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għawdex 2026’, biċ-ċelebrazzjonijiet jibdew bil-kunċert spettakolari ‘Christmas It’s Time’

PR262013

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jitnieda l-programm ‘Il-Milied f’Għa...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  FITA: 25 sena ta’ ħidma biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd

PR262012

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...

More Press Releases Right arrow