Left arrow Go Back

IS-SITT SIĠĠU FIL-PARLAMENT EWROPEW, KISBA IMPORTANTI GĦAL PAJJIŻNA

pr2350
Date Icon 01/12/2011

Il-Gvern jawgura ħidma fejjieda lil Joseph Cuschieri fl-interess ta’ pajjiżna fil-Parlament Ewropew.  Il-kisba tas-sitt siġġu hi riżultat tal-ħidma tal-Gvern biex Malta jkollha żieda ta’ membru ieħor f’din l-istituzzjoni Ewropea.

Il-Gvern jinnota l-istqarrija tal-Oppożizzjoni li fiha rrikonoxxiet li s-sitt siġġu għal Malta kienet “kisba għal pajjiżna biex Malta jkollha vuċi aktar qawwija”.

Il-pożizzjoni tal-Gvern Malti, dejjem kienet li pajjiżna għandu jkollu l-istess ammont ta’ siġġijiet fil-Parlament Ewropew daqs il-Lussemburgu, li għandu wkoll sitt siġġijiet. Malta għamlet din il-kisba b’ħidma intensiva u bl-iffirmar tat-Trattat ta’ Lisbona fl-2007.  It-Trattat ġie ratifikat mill-Kamra tar-Rappreżentanti fl-2008.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  FITA: 25 sena ta’ ħidma biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd

PR262012

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

More Press Releases Right arrow