Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JINAWGURA IL-VIEWING GALLERY LI L-KUMPANIJA GENERAL SOFT DRINKS QED TINTRODUĊI

pr2341
Date Icon 01/12/2011

“Il-Kumpanija General Soft Drinks b’mod kontinwu tagħti sapport lil kull attività li tniedi l-Malta Community Chest Fund u għall-Istrina 2011 qed tiftaħ viewing gallery interattiva għall-pubbliku fejn mill-1 ta’ Diċembru kull min iżur il-kumpanija bejn l-1 ta’ Diċembru u t-23 ta’ Diċembru, 2011, ser jintalab jagħti donazzjoni b’risq l-Istrina 2011” - Hekk qal il-President George Abela waqt li inawgura il-viewing gallery ġewwa l-General Soft Drinks (GSD).

Il-President Abela kien milqugħ mis-Sur Brian Mizzi d-Direttur Maniġerjali għan-nom tad-Diretturi ta’ Mizzi Organisation u minn Maria Micallef, il-Maniġer Ġenerali ta’ General Soft Drinks.

Is-sena l-oħra GSD organizzat GIVE, avveniment mifrux fuq tlett ijiem fejn inġabru fondi għall-Malta Community Chest Fund.  Waqt dan l-avveniment, id-dawra mal-impjant ta’ GSD kienet popolari ħafna.  Għalhekk il-maniġment iddeċieda li jintroduċi din l-inizjattiva fuq bażi permanenti u jagħti l-opportunità lill-pubbliku ġenerali biex jiskopri mill-viċin il-proċess ta’ kif isiru l-prodotti ta’ Coca-Cola.

Il-kumpanija GSD tagħti appoġġ kontinwu lil diversi attivitajiet karitattivi, programmi favur l-ambjent, avvenimenti kulturali u inizjattivi sportivi.  Issa li riesaq l-istaġun festiv tal-Milied, il-pubbliku li jogħġbu jżur il-viewing gallery ser ikun ġentilment mitlub jagħmel donazzjoni ta’ €2 u l-fondi kollha li jinġabru ser jingħataw b’risq l-Istrina 2011.

“Kuntenti ħafna li qed nintroduċu il-viewing gallery għall-pubbliku li jixtieq jara mill-viċin il-proċess li jgħaddu minnu l-prodotti favoriti tagħhom.  Kuntenti wkoll li għal darb’oħra qed nikkollaboraw ma’ Malta Community Chest Fund u ringrazzjament speċjali jmur għall-personnel tal-Uffiċċju tal-President”, qalet Maria Micallef, il-Maniġer Ġenerali ta’ General Soft Drinks

L-E.T. Dr George Abela, għan-nom ta’ Malta Community Chest Fund u Istrina 2011 irringrazzja lid-Diretturi ta’ General Soft Drinks għall-appoġġ li qed joffru b’din l-inizjattiva u ħeġġeġ il-pubbliku Malti biex iżur l-impjant ta’ GSD u fl-istess ħin jagħti kontribut żgħir għall-kawża daqshekk ġusta. L-għan ta’ Malta Community Chest Fund hu li jgħin għaqdiet karitattivi speċjalment individwi b’ħtiġijiet varji.

Dawk kollha li huma interessati li jibbukkjaw il-viewing gallery, għandhom jagħmlu dan fuq is-sit http://tour.gsd.com.mt jew billi jċemplu fuq 22291582.  Id-dawra mal-impjant tieħu madwar siegħa u dawk kollha li jattendu jingħataw xarba friskanti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  FITA: 25 sena ta’ ħidma biex it-teknoloġija tkun aċċessibbli għal kulħadd

PR262012

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI ‘Call it what it is’: Imnedija l-kampanja nazzjonali għas-16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika

PR262011

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

More Press Releases Right arrow