MAĦTUR IL-BUILDING REGULATION BOARD
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino ppreżenta l-ittri tal-ħatra lill-membri li qed jiffurmaw Building Regulation Board. Dan il-Bord twaqqaf issa li daħal fis-seħħ l-Att dwar ir-Regolament tal-Bini.
Dan il-Bord se jkun imexxi mill-Perit Ivan Muscat u hu ffurmat minn seba’ membri oħra li jinkludu lil: Perit Simone Vella Lenicker, Ing Helga Pizzuto, is-Sur Alfred Borg, Ing Elizabeth Muscat Azzopardi, Ing Oliver Degiorgio, Perit Carmel Mifsud Borg u s-Sur Emanuel Psaila.
Dan il-Bord, flimkien mal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini, għandu jirregola l-istandard tal-bini f’Malta kif ukoll joħorġu regolamenti ġodda. L-Att li permezz tiegħu twaqqaf dan il-Bord juri l-impenn tal-Gvern biex ikun hemm titjib fl-istandards jew aħjar fil-kwalità tal-kostruzzjoni biex min qed jixtri l-binja jkollu garanzija ta’ xogħol serju u ta’ kwalità.
“Il-ħtieġa u l-bżonn li kontinwament naħdmu biex titjieb il-kwalità tal-kostruzzjoni tal-bini hija fl-aħħar mill-aħħar għall-benefiċċju taċ-ċittadin” sostna l-Ministru Pullicino.
L-Att daħal fis-seħħ wara konsultazzjoni pubblika u għadda mill-fazi leġislattiva mill-Parlament biex issir liġi. Il-liġi issa qed toffri qafas sabiex fuqha jkunu jistgħu fil-futur qrib jiddaħħlu regolamenti, fosthom regolamenti biex jiġu mħarsa d-drittijiet ta’ persuni terzi li jkunu affettwati mix-xogħol ta’ żvilupp.
Other Press Releases:
PR262012
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI FITA...
PR262011