Left arrow Go Back

55 SENA MIL-LIĠI TAS-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr0868
Date Icon 05/05/2011

Matul ix-xahar ta’ Mejju qegħdin infakkru l-55 sena mit-twelid tal-liġijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta. Għalkemm minn ferm qabel, f’Malta kienu ddaħħlu miżuri u liġijiet oħra ta’ protezzjoni soċjali, kien fis-7 ta’ Mejju 1956 meta f’pajjiżna daħal fis-seħħ l-Att dwar is-Sigurtà Nazzjonali li kien il-katalist tad-diversi liġijiet u miżuri soċjali li ddaħħlu fl-aħħar 55 sena.  Fl-istess jum daħal ukoll l-Att dwar l-Assistenza Soċjali u Medika biex b’hekk dawn iż-żewġ Atti flimkien mal-Att dwar il-pensjoni tal-età li kien daħal fl-1948 bnew il-pedamenti li fuqhom hija mibnija s-sistema tas-sigurtà soċjali f’pajjiżna llum.

Fil-fatt fl-aħħar 55 sena rajna diversi liġijiet u miżuri soċjali importanti jiddaħħlu f’pajjiżna bħalma huma l-pensjonijiet kontributorji (irtirar, romol u invalidità), il-benefiċċji kontributorji l-oħra, (qgħad, mard u korriment fuq ix-xogħol), l-assistenza soċjali u medika, il-pensjoni tal-età, l-allowance tat-tfal, il-pensjoni għal diżabilità, il-benefiċċju tal-maternità, l-għajnuna supplimentari, il-benefiċċju tal-enerġija u diversi miżuri u tibdil soċjali ieħor. 

Forsi l-aktar żvilupp importanti fl-aħħar snin kienet ir-riforma tal-pensjonijiet li daħlet fis-seħħ fl-2006.  Matul dawn il-55 sena kienu introdotti u mtejba numru ta’ miżuri soċjali flimkien ma’ miżuri oħra favur iċ-ċittadin li ma jagħmlux parti diretta mis-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ pajjiżna.  Dawn is-servizzi se jkunu t-tema ta’ Wirja li se tittella’ apposta fil-bitħa tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, f’Palazzo Ferreria fi Triq ir-Republika l-Belt Valletta.

Attivitajiet biex jitfakkru l-55 sena ta’ Sigurtà Soċjali

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali se jkun qed ifakkar dan l-avveniment importanti f’pajjiżna b’numru ta’ attivitajiet varji.  Uħud minn dawn l-attivitajiet se jkunu miftuħa għall-pubbliku u oħrajn se jkunu interni għall-ħaddiema tad-Dipartiment.  Dawn l-attivitajiet, bit-tema “Imsaħħa mill-Imgħoddi, b’Ħarsitna lejn il-Ġejjieni”, se jibdew il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju 2011 u jintemmu l-Erbgħa 25 ta’ Mejju.

L-attivitajiet li se jsiru huma dawn:

Il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju

Ftuħ uffiċjali ta’ Wirja Pubblika dwar il-kisbiet l-aktar importanti fl-aħħar 55 sena ta’ Sigurtà Soċjali.  Il-wirja se tinfetaħ mill-Onor Dolores Cristina Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. Il-wirja se ssir fil-bitħa interna tal-Ministeru, Palazzo Ferreria, 310 Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta u tibqa’ miftuħa sat-Tlieta 24 ta’ Mejju 2011

Is-Sibt 7 ta’ Mejju

Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fil-Kappella tal-Bon Pastur, Ħal Balzan fis-7.00pm.  Fost oħrajn se tattendi l-Onor Dolores Cristina Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja.  Kulħadd hu mistieden.

Il-Ħadd 8 ta’ Mejju

Ġurnata ta’ Volontarjat – ħaddiema tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali se jgħinu u jipparteċipaw fil-Maratona ta’ football b’risq Puttinu Cares fl-12.00pm.  Nappellaw għall-parteċipazzjoni u l-ġenerożità ta’ kulħadd.

It-Tnejn 9 ta’ Mejju

Uffiċjali tal-Customer Care tad-Dipartiment se jkunu preżenti kuljum waqt il-Wirja fil-bini tal-Ministeru biex jagħtu pariri dwar materji ta’ sigurtà soċjali lill-pubbliku preżenti

It-Tnejn 16 ta’ Mejju

Jitniedu sett ta’ fuljetti u CD maħsuba għal persuni neqsin mid-dawl, b’informazzjoni dwar il-benefiċċji soċjali.  Dawn se jkunu disponibbli mill-uffiċċji distrettwali tad-Dipartiment u anke fuq il-websajt tad-Dipartiment

www.socialsecurity.gov.mt.

L-Erbgħa 18 ta’ Mejju

Se jinżergħu 55 siġra fis-sit tal-Ikkampjar f’Għajn Tuffieħa fl-10.00am biex ifakkru l-55 sena ta’ sigurtà soċjali f’pajjiżna.  Kulħadd hu mistieden.

It-Tnejn 23 ta’ Mejju

Il-Blood Donation Mobile Unit se jkun fil-Belt Valletta biex l-impjegati tad-Dipartiment u anke l-pubbliku jkunu jistgħu jagħtu d-demm.

L-Erbgħa 25 ta’ Mejju

Seminar għall-istaff kollu tad-Dipartiment – dakinhar l-uffiċċji kollha tad-Dipartiment, inkluż l-Uffiċċju Ċentrali fil-Belt, l-Uffiċċji Distrettwali kollha u l-uffiċċji tad-Dipartiment f’Għawdex, se jkunu magħluqa għall-pubbliku.

Min jixtieq aktar tagħrif dwar dawn l-attivitajiet jista’ jċempel lill-Uffiċċju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq 25903263 jew jibgħat email fuq social.security@gov.mt
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow