Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMMUNITÀ

pr0857
Date Icon 04/05/2011

Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità jixtieq jiċċara l-informazzjoni skoretta li qed toħroġ l-Oppożizzjoni fuq One News u fil-gażżetta Kullħadd fuq il-każ tal-infermiera mill-Pakistan li ġew jaħdmu f’Malta. Permezz ta’ din l-informazzjoni qarrieqa, l-Oppożizzjoni qed tagħmel sforz ċar sabiex tfixkel il-proċess tal-ingaġġ tal-infermiera.

Is-47 infermiera mill-Pakistan applikaw bħall-infermiera l-oħrajn kollha (Maltin u barranin). Dan għamluh fil-kapaċità personali tagħhom wara sejħa pubblika li ħarġet fit-2/2/2010. Kuntrarju għal dak li ġie rrapurtat fil-media, din ma kinitx sejħa urġenti iżda hija sejħa miftuħa, fil-fatt il-Ministeru QATT ma ħareġ sejħa urġenti.

L-impjieg tal-infermiera huwa regolat esklussivament minn kuntratt iffirmat bejn dawn l-istess infermiera fuq bażi individwali u l-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità. Il-Ministeru m’għandu l-ebda ftehim ma’ aġenziji jew terzi persuni dwar ir-reklutaġġ ta’ infermiera. Għaldaqstant, kwalunkwe kuntratt ieħor li seta’ ġie ffirmat mill-infermiera ma għandu l-ebda impatt fuq l-impieg tagħhom mal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità. Il-Ministeru jikkjarifika li ebda aġenzija jew terza persuna m’għandha l-poter li tittermina l-impjieg tal-infermiera mal-Ministeru.

Dawn l-infermiera ma jaħdmux biss fl-Isptar Mater Dei, iżda jaħdmu f’diversi sptarijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità.

Il-Ministeru għas-Saħħa kellu diskussjonijiet mas-Central Visa Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barannin dwar il-proċedura ta’ kif l-infermiera Pakistani għandhom japplikaw għall-visa u dawn ġew mogħtija struzzjonijiet mill-istess unit biex japplikaw mal-Konsulat Ġenerali tal-Italja f’Karachi.  Madankollu, filwaqt li l-Ministeru jieħu ħsieb l-employment licence, huwa l-impjegat prospettiv li japplika għall-visa.  Qed jiġi ċċarat ukoll li l-infermiera huma rikjesti li jkollhom visa valida qabel ma dawn jaslu Malta, u mhux ladarba jiġu Malta biex jaħdmu.

Rigward infermiera Indjani, il-Ministeru jista’ jikkonferma li s’issa ġew impjegati erba’ infermiera minn dan il-pajjiż, u li dawn bdew jaħdmu mal-Ministeru f’dawn l-aħħar ġimgħat.  Hemm numru simili ta’ infermiera Indjani li għaddew mill-proċeduri tal-għażla u li għandhom jiġu ingaġġati hekk kif ikunu konklużi l-proċeduri neċessarji.

Hekk kif id-Dipartiment tas-Saħħa ġie infurmat bil-każ, għadda l-informazzjoni kollha lill-pulizija biex ikunu jistgħu jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow