Left arrow Go Back

GĦOTJA TAĊ-ĊERTIFIKATI LILL-EWWEL 100 PARTEĊIPANT TAL-KORS ICTFORALL LI SAR GĦAND L-UNJONI ĦADDIEMA MAGĦQUDIN (UĦM)

pr0852
Date Icon 04/05/2011

Matul l-aħħar sitt snin, fuq l-inizjattiva tal-MCA, ġew imwaqqfa 16-il Ċentru ta’ Taħriġ għat-Tagħlim tat-Teknoloġija (CTLCs) madwar Malta u Għawdex.  Dan sar permezz ta’ ftehim speċjali ma’ numru ta’ NGOs u Kunsilli Lokali li jaħdmu b’mod attiv fil-komunità.

Dawn iċ-Ċentri jinkludu:

Lokalità Ċentri

Balzan Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali
Birgu Aċċess
Birkirkara Kunsill Lokali
Blata l-Bajda National Council of Women
Furjana UĦM
Ħal Far ETC
Kordin Faċilitajiet Korrettivi ta’ Kordin
Qawra Parroċċa San Franġisk
Isla Kunsill Lokali
Kalkara Kunsill Lokali
Kordin PHRF
Santa Venera Richmond
Siġġiewi Caritas – San Blas
Ta’ Qali Assoċjazzjoni tal-Bdiewa
Xewkija (Għawdex) ETC
Żejtun  Inspire

F’dawn iċ-Ċentri jsir taħriġ bażiku dwar l-użu tal-kompjuter, l-Internet u teknoloġiji oħra, kif ukoll taħriġ ieħor bil-ħsieb li jtejjeb l-impjegabilità u l-kwalità tal-ħajja tal-individwu.

Dan il-programm jifforma parti minn inizzjattiva nazzjonali biex niġġieldu l-firda diġitali f'Malta.

Il-Firda digitali u l-età

F’dawn l-aħħar snin il-penetrazzjoni tal-Internet fid-djar Maltin laħqet 70%. 

Teżisti diskrepanza kbira fl-użu tal-Internet bejn l-etajiet.  Filwaqt illi 97% taż-żgħazagħ jużaw il-kompjuter b’mod frekwenti, aktar ma tiżdied l-età dan il-persentaġġ jonqos. 

Huma biss 11% dawk li għandhom età ta 65 jew aktar u li jagħmlu użu mill-Internet.

In-nies li ma jagħmlux użu mit-teknoloġija jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali. Dan għaliex dawn in-nies, fis-snin li ġejjien, mhux ser ikunu f’posizzjoni li:

• jużaw l-għodod ġodda tal-komunikazzjoni,
• jippateċipaw b’mod attiv fil-komunità tagħhom permezz ta’ servizzi tal-eGovernment,
• jaċċessaw il-minjiera ta’ informazzjoni u għarfien fuq l-internet,
• u li jkunu produttivi f’xogħol li dejjem qed isir iżjed dipendenti fuq teknoloġiji innovattivi.

Eta

Total

16 - 24

25 - 34

35 - 44

45 - 54

55 - 64

65 - 74

EU27

65

90

82

74

64

46

25

Malta

60

97

82

75

47

31

11

Sors: Eurostat/NSO 2010

L-Iskema ICTforALL

L-iskema ICTforALL għandha l-għan li tnaqqas din il-firda digitali bejn l-etajiet billi tħarreġ adulti fl-użu bażiku tal-kompjuter u l-Internet. Individwi fl-età bejn 25 u aktar kienu ntitolati għall-vawċer ta’ €35 li jisarraf f’kors f’Ċentru tal-għażla tagħhom.

L-MCA irċeviet madwar 6,000 applikazzjoni.  S’issa beda t-taħriġ  ta’ ’l fuq minn 3,500 ruħ.  L-applikanti kollha ser ikunu tħarrġu sa l-aħħar ta’ Settembru.

It-taħriġ joffri opportunità lill-parteċipanti biex dawn jesperjenzjaw l-applikazzjonijiet differenti fl-ICT u biex jitgħallmu kif japplikaw dawn fil-ħajja ta' kuljum tagħhom.

Nawgura lill-ewwel 100 student li lestew dan il-kors b’suċċess fiċ-ċentru tal-UĦM.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow