Left arrow Go Back

IL-KOPERATTIVI JĠIBU EFFIĊJENZA U SODISFAZZJON

pr0851
Date Icon 03/05/2011

“Il-koperattivi huma opportunità għall-haddiema tas-settur pubbliku li jsibu sodisfazzjon ġdid fix-xogħol tagħhom, għax dan jiġbor fih il-prinċipji ekonomiċi u soċjali f’bilanċ ideali.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, Jason Azzopardi, illum waqt żjara li huwa għamel għand Cross Roads Coop fl-okkażjoni tal-10 snin anniversarju minn meta ġiet imwaqqfa.

Is-Segretarju Parlamentari innota kif il-koperattiva Cross Roads, fl-aħħar għaxar snin waslet għal suċċessi kbar għax kienet kapaċi tisfrutta l-awtonomija li tagħtihom koperattiva u fil-waqt li l-ħames membri tagħha baqgħu impjegati mal-korporazzjoni Enemalta, saret iżjed kompetittiva, u iżjed efficjenti.  Cross Roads fl-aħħar għaxar snin, għamlet investimenti ta’ madwar €420,000 f’makkinarju, u vetturi li jgħinuha taħdem aħjar.   L-inizjattiva li ħadu dawn il-ħaddiema li jmexxu lilhom infushom, qed tirrizulta f’iżjed effiċjenza, f’iżjed kompetittività u, l-iżjed ħaga importanti, f’iżjed sodisfazzjon għall-ħaddiema nfushom fuq il-post tax-xogħol.  

Il-President tal-koperattiva Cross Roads, Joe Busuttil, stqarr li fl-aħħar għaxar snin, il-membri esperjenzaw sodisfazzjon ikbar fuq il-post tax-xogħol.  Huwa qal li filwaqt li huma kellhom jiffaċċjaw sfidi fil-ħidma tagħhom, il-mudell koperattiv offrilhom iżjed inizjattivi għax-xoghol, xi ħaġa li mhumiex lesti li jitilfu malajr.  Huwa ħeġġeġ ħaddiema oħrajn tas-settur pubbliku li jitħajru jwaqqfu koperattivi, għax dan il-pass kuraġġuz għamel differenza kbira għall-aħjar fil-ħajja tax-xogħol tagħhom.

Jason Azzopardi qal li fis-sena 2009, il-qasam koperattiv kombinat wettaq turnover ta’ iżjed minn €70 miljun.  Dan juri li l-qasam li ilu stabbilit f’pajjiżna sa mill-1946 u li jilqa’ fi ħdanu madwar 5,100 membru f’57 koperattiva differenti, huwa b’saħħtu u jagħti kontribut importanti lill-ekonomija. 

Intant is-segretarju Parlamentari ħabbar li fl-aħħar 12-il xahar (bejn Mejju 2010 – Mejju 2011) ġew irreġistrati 7 koperattivi ġodda mal-Board tal-Koperattivi.  3 koperattivi ġodda oħra jinsabu fi stadju preliminari ta’ registrazzjoni.  Jason Azzopardi qali li dan jawgura tajjeb għall-ġejjieni, f’politika tal-Gvern li tpoġġi x-xogħol bħala l-prijorità ewlenija.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow