Left arrow Go Back

L-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX B’INIZJATTIVA GĦAL PUTTINU CARES

pr0844
Date Icon 02/05/2011

Il-Fun Walk for Puttinu, inizjattiva li ħadu l-impjegati tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’kollaborazzjoni mal-Kumitat ta’ Puttinu Cares f’Għawdex, wasslet biex komplew jinġabru fondi b’risq Puttinu Cares, l-organizzazzjoni li tgħin u tappoġġja lil dawk morda bil-kanċer u l-familjari tagħhom.

L-Onor. Giovanna Debono Ministru għal Għawdex u l-Onor. Frederick Azzopardi, Assistent Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex ingħaqdu mal-parteċipanti għal din il-mixja li bdiet mill-entratura prinċipali tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dawn kienu jinkludu  għadd kbir ta’ ħaddiema li jaħdmu f’kull qasam tal-isptar.

Is-suċċess ta’ din l-attività jawgura tajjeb għal aktar ġbir ta’ fondi waqt il-Puttinu Cares Gozo Sports Weekend. Dan ser jilħaq il-qofol tiegħu fi tmiem il-ġimgħa li ġej, fl-istess jiem li f’Malta tkun qed tittella’ s-seba’ edizzjoni tal-maratona tal-futbol ta’ Puttinu Cares.

Il-ftuħ uffiċjali ta’ dan il-weekend ser ikun il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju fejn fil-5.30 p.m. ser issir quddiesa għaż-żgħażagħ u l-isportivi kollha fis-Santwarju ta’ Pinu, bil-parteċipazzjoni ta’ Thomas Cremona, iż-żagħżugħ li kkumbatta l-marda qerrieda tal-kanċer u li riċentament qasam l-Atlantiku bid-dgħajsa.

L-attivitajiet tas-Sibt 7 ta’ Mejju jibdew fit-8 a.m. fil-Gozo Stadium fix-Xewkija b’logħob ta’ futbol għal kulħadd fejn ser ikunu għaddejjin 3 logħbiet 6-a-side fl-istess ħin sat-8 p.m. Ser ikun hemm ukoll bouncing castle  u face painting għat-tfal. Sadanittant, fil-Pjazza tal-Munxar ser issir wirja tal-karozzi bejn is-2 p.m. u nofsillejl; kompetizzjonijiet tal-boċċi bejn it-3 p.m. u s-6 p.m. f’Ta’ Sannat, ix-Xewkija, il-Qala u l-Qbajjar; servizzi ta’ hairdressing bejn id-9 a.m. u l-5 p.m.; u l-Puttinu Retro Disco Party ma’ DJ Alex (Reflex) Grech.

L-attivitajiet jissoktaw il-Ħadd 8 ta’ Mejju permezz tal-Gozo Half Marathon u tellieqa bir-roti fix-Xagħra u seba’ rħula oħra f’Għawdex bejn it-8.30 a.m. u s-1 p.m.; futbol għal kulħadd fil-Gozo Stadium bejn it-8 a.m. u nofsinhar u fil-grawnd ta’ Sannat bejn is-2 p.m. u s-7 p.m.; wirja taż-żwiemel fil-Pjazza tax-Xewkija bejn id-9 a.m. u nofsinhar; sparatura fuq il-plattini fiż-Żebbuġ Shooting Range mid-9 a.m. ’il quddiem u kompetizzjoni tal-boċċi f’Ta’ Sannat, ix-Xewkija u l-Qala bejn it-3 p.m. u s-6 p.m u hairdressing bejn id-9 a.m. u s-1.00 p.m. L-attivitajiet jagħlqu fil-grawnd ta’ Sannat bi spettaklu minn kantanti u żeffiena Għawdxin, face painting, bouncing castle, futbol, Giochi Senza Frontieri u l-attrazzjoni Aerial Runway – Flying Fox.

Barraminhekk għada fis-7 p.m. ser isir High Tea kbir, filwaqt li nhar il-Ħadd 15 ta’ Mejju fis-7 a.m. fil-Qbajjar limiti taż-Żebbuġ ser tittella’ kompetizzjoni tas-Sajd. Aktar informazzjoni tista’ tintalab fuq puttinucaresgozo@hotmail.com jew billi ċċempel fuq 79054750/99872487.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow