IL-GOZO EQUINE CUP 2011 ISSIR B’SUĊĊESS
Nhar il-Ħadd l-1 ta’ Mejju 2011, fil-Korsa ta’ Xħajma f’Għawdex sar il-ħmistax-il meeting tal-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel. Dan kien programm speċjali fejn fih saret it-Tieni Edizzjoni tal-Gozo Equine Cup li saret bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika. Kien hemm taħlita ta’ tiġrijiet fosthom tliet Finali tal-Gozo Equine Cup, tiġrijiet għal żwiemel tat-trott, għall-ponijiet kif ukoll żwiemel Shetland.
Fis- 17 ta’ April, meta ngħata bidu għall-Gozo Equine Cup 2011, ħadu sehem 70 fosthom 30 minn Malta. Għat-tlett finali tal-1 ta’ Mejju għaddew 19-il żiemel minn Għawdex u seba’ żwiemel minn Malta.
Il-programm tal-bieraħ ħajjar aktar Maltin jieħdu sehem anke fit-tiġrijiet kumplimentari fejn b’kollox ħadu sehem 18-il żiemel minn Malta.
Ir-rebbieħ fil- Gozo Equine Cup Final klassi D/C kien Kung Arthur A.L (Għawdex) misjuq minn Jason Sultana
Ir-rebbieħ tal-Gozo Equine Cup Final Klassi A/B kien Maitre De Bannes (Malta) misjuq minn Dario Fenech
Ir-rebbieħ tal-Gozo Equine Cup Final Klassi A1 kien Master Perrine (Malta) li fil-preżent qed jitħarreġ minn Omar Cauchi f’Għawdex. Għall-Gozo Equine Cup, dan kien misjuq minn sidu Herman Mckay
Ir-rizultati kollha tat-tiġrijiet tal-1 ta’ Mejju 2011 huma dawn:
1. Shetland - 1st Rainbow Jack – Christian Saliba
2. Shetland - 1st Sunrise – Nicholas Cauchi
3. Ponijiet - 1st Shakira – Paul Vella
4. Ponijiet - 1st Gubben – Mario Spiteri
5. Trott C - 1st. Chip Chop Lady – Mario Bugeja 2nd Monsier Shane- H. Mckay 3rd Maestro Sebajac- M.Cauchi
6. Final D/C -1st Kung Arthur AL – Jason Sultana 2nd L’echo de Cerpi – M. Debono 3rd Wodka Volo –T.Cauchi
7. Final A/B - 1st Maitre De Bannes – Dario Fenech 2nd Tip Tip Tap – M Bugeja 3rd Cross Country f.c M Debono
8. Trott A - 1st Royal Qui – Alex Farrugia 2nd Poker Noon M. Cauchi 3rd Victory Farming – P Said
9. Final A1 - 1st. Master Perrine – Herman Mckay 2nd Tinto E - B Zammit, 3rd Mint Spirit – F. Portelli
10. Trott A1 - 1st Affe Fager – Brian Zammit, 2nd Joss Royal – J Farrugia 3rd Glory Cowboyland – A Pace
11. Trott C/D - 1st Lulu La Science - Carmel Cauchi 2nd Houston - R. Cauchi 3rd Lutin de Memartin – Dfenech
12. Trott B. – 1st Delvin’s Buckaboo – J. Portelli 2nd Instead of Cash – M Refalo, 3rd Lucky du Soir – J Vella
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en