AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI – REFERENDUM NAZZJONALI 28 TA’ MEJJU, 2011
Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument għall-votazzjoni
Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lil dawk il-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali f’Ottubru, 2010 u li ma rċevewx jew ma ġabrux id-dokument għall-votazzjoni tagħhom għar-Referendum Nazzjonali, illi bħalissa huma jistgħu jmorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal kif jidher fl-istess Registru Elettorali u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identita’ biex jieħdu d-dokument għall-votazzjoni tagħhom f’dawn il-ġranet u ħinijiet:
Sal-Ħadd 22 ta’ Mejju:
mit-Tnejn sal-Ġimgħa: bejn l-4.00 p.m. u d-9.00 p.m.
Sibtijiet u l-Ħdud 8 u 15 ta’ Mejju: bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m.
il-Ħadd 22 ta’ Mejju: bejn it-8.00 a.m. u nofsinhar
Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra, waqt li fil-lokalitajiet ta’ Iklin, Lija, Marsaskala, Pembroke, Pietà, Swieqi, Ta’ Xbiex u Fontana, id-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet. Kull persuna trid tieħu magħha l-Karta tal-Identità.
Kull votant għandu jkun żgur li jkollu d-dokument għall-votazzjoni għax mingħajru ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar jum ir-referendum, is-Sibt, 28 ta’ Mejju, 2011.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en