REĠISTRU ELETTORALI PPUBBLIKAT FIL-GAZZETTA TAL-GVERN
Il-Kummissjoni Elettorali tinforma lil kulħadd li għadhom kemm ġew ippublikati r-Reġistru Elettorali riveduti għall-Elezzjonijiet Ġenerali u għall-Kunsilli Lokali kif ukoll ir-Reġistru Elettorali tal-Unjoni Ewropea fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta’ April, 2011. Kull min kellu l-kwalifiki meħtieġa biex ikun reġistrat bħala votant skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap.354), u/jew skont l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap.363) u/jew skont l-Att dwar l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew (Kap.467), sad-data tal-għeluq, il-31 ta’ Marzu, 2011, u ismu ma ġiex inkluż fir-Reġistru rispettiv u kull votant li ismu, l-indirizz jew xi partikolaritajiet tiegħu m’humiex murija b’mod korrett, għandu, skont l-artikolu 39 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, sa nhar il-Ġimgħa s-6 ta’ Mejju, 2011, sabiex jagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur biex ismu jiġi inkluż jew issirlu korrezzjoni fil-partikolaritajiet tiegħu fir-reġistru elettorali rispettiv.
Kull votant reġistrat li:-
1. Jgħid li, minħabba xi raġuni legali, l-isem ta’ xi persuna għandu jinqata’ barra mir-reġistru għax din m’għandhiex il-kwalifiki meħtieġa; jew
2. Jgħid li l-isem, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra rispettivi ta’ xi persuna m’humiex murija b’mod korrett fir-reġistru;
Jista’ wkoll, skont l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali jagħmel appell għal dan il-għan lill-Uffiċjal Reviżur, sa nhar il-Ġimgħa, s-6 ta’ Mejju, 2011.
Kull persuna li tixtieq tagħmel appell lill-Uffiċjal Reviżur tista’ tikseb għajnuna mill-Uffiċċju Elettorali. Kulħadd huwa mfakkar dwar l-importanza li jivverifika li ismu ġie inkluż fir-Reġistru Elettorali. Jekk dan ma jsirx jista’ jiġri li persuna ma tkunx intitolata għall-vot meta jsiru elezzjonijet, kemm Ġenerali kif ukoll għall-Kunsilli Lokali, Kumitati Amministrativi tal-Komunitajiet, għall-Parlament Ewropew jew Referenda.
Lista tal-persuni kollha reġistrati bħala votanti fir-Reġistru tal-Kunsilli Lokali qed tkun mqegħda fl-Uffiċċji rispettivi tal-Kunsilli Lokali u fl-Għases tal-Pulizija. Min jixtieq jara r-Reġistru tal-Elezzjonijiet Ġenerali u tal-Unjoni Ewropea jista’ jarahom fl-Uffiċċju Elettorali. Ir-Reġistru jkun ukoll għall-bejgħ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni bħala volumi jew fuq cd.
Ta’ min jinnota li Uffiċjal Reviżur jista’ jordna li l-isem ta’ xi persuna jiġi inkluż, jew li ssir korrezzjoni ta’ isimha, l-indirizz jew xi partikolaritajiet oħra tagħha fir-Reġistru jew li titħassar ir-reġistrazzjoni tagħha mir-reġistru minkejja li ma tkun saret ebda applikazzjoni minn qabel lill-Kummissjoni għal dak il-għan.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en