Left arrow Go Back

KUNCERT B’KOMMEMORAZZJONI TAL-50 SENA ANNIVERSARJU MILL-MEWT TAL-POETA NAZZJONALI, DUN KARM PSAILA

pr0748
Date Icon 14/04/2011

Fit-28 ta’ April, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ser jorganizza kunċert bit-tema ‘Tina l-ħlewwa, mill-Kor Laudate Pueri b’kommemorazzjoni tal-50 sena Anniversarju mill-mewt tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila.

F’dan il-kunċert li ser isir fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann, il-Kor Laudate Pueri taħt id-direzzjoni ta’ Dun George Joseph Frendo ser ikantaw tmien innijiet miktuba minn Dun Karm b’muzika ta’ diversi kompożituri Maltin, fosthom Giuseppe Caruana, Casapinta, Moreau, Vella u Sammut.

F’dan il-kunċert ser jinqraw wkoll siltiet mill-poezija ta’ Dun Karm, Il-Jien u lil hinn minnu u se jsir diskors mill-Prof. Oliver Friggieri biex ifakkar lil Dun Karm.

F’din l-okkazjoni ser tiġi mnedija CD bl-istess tema, li ser tkun qed tinkludi 11-il innu miktuba minn Dun Karm fosthom il-poezija l-Innu ta’ Ferħ li gie mmużikat mill-Prof Joseph Vella għal din il-kommemorazzjoni. Minbarra hekk, Prof Vella għamel ukoll l-arranġamenti kollha tal-innijiet li ġew irrekordjati.  Ir-recording ta’ dan is-CD sar mill-Kor Laudate Pueri fil-Bażilika ta’ San Ġorġ, Ghawdex.

Il-Kor Laudate Pueri, kien imwaqqaf fil-bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex fl-1976 mill-ex-Arcipriet Mons. Joseph Farrugia huwa kompost minn madwar 50 membru. Il-Kor għandu reputazzjoni importanti fil-qasam tal-interpretazzjoni tal-muzika sagra.  Għall-ewwel darba fl-istorja tal-korijiet Maltin ifforma ruħu anke bħala kor b’erba’ vuċijiet femminili. Għamel successi sew f’Malta kif ukoll barra minn xtutna – ta’ min isemmi kunċerti fil-Lincoln Centre, New York, St Martin in the Fields, Londra, Les Invalides ġewwa Parigi minbarra li kanta waqt Quddies f’postijiet ċelebri bħall-Bażilika ta’ San Pietru, Ruma, Westminster Cathedral, Londra u oħrajn. Id-direttur tal-kor huwa Rev George Frendo.

Dawk li huma interessati jattendu dan il-kunċert, minħabba n-numru limitat ta’ postijiet, huma mitluba jagħmlu kuntatt mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq 2200 1464 jew jibgħatu email fuq communications.opm@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow