Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr0741
Date Icon 14/04/2011

L-interess  tal-pazjenti  għandu  jibqa’  jiġi  l-ewwel  u  qabel  kollox

Id-direttivi tal-MUMN fl-aħħar mill-aħħar se jolqtu ħażin u jweġġgħu lill-pazjenti.  Il-pazjenti se jintlaqtu mill-azzjonijiet mingħajr ma għandhom tort.  L-azzjonijiet se jkollhom ukoll effett fuq il-proċess li beda ta’ titjib fil-management tas-sodod fl-Isptar Mater Dei.

Hija tal-mistħija kif fl-istqarrija tiegħu l-President tal-MUMN Paul Pace iddikjara li hu “kostrett” jieħu azzjoni industrijali fil-konfront tal-Isptar Mater Dei, meta jaf tajjeb li l-management tal-istess Sptar qed iżid il-ħidma tiegħu biex ikun hemm management aħjar tas-sodod. 

Għalhekk il-Ministeru tas-Saħħa jħeġġeġ biex minflok bi stqarrijiet u theddid ta’ azzjonijiet kontra l-pazjenti, il-MUMN tpoġġi madwar mejda u tressaq il-proposti tagħha.

Filwaqt li l-Ministeru jirringrazzja lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fis-settur tas-saħħa u li ta’ kuljum jagħtu għajnuna u kura lil mijiet ta’ nies li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli ta’ saħħa jew imorru għall-visti fl-isptarijiet, ċentri tas-saħħa jew bereġ, jappella lill-MUMN biex ma toħloqx inkonvenjent bl-azzjonijiet inutli tagħha li bihom ibatu nies vulnerabbli li quddiem l-azzjonijiet tal-MUMN ma jistgħux jiddefendu rwieħhom.

Il-Ministeru għal darb’oħra jerġa’ jappella u jistieden lill-membri tal-MUMN jiġbdu ħabel wieħed fl-interess tal-pazjenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow