Left arrow Go Back

BIX-XOGĦOL NINVESTU F’SOĊJETÀ B’SAĦĦITHA, GĦALIK - IT-TIELET SENA ĦIDMA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI

pr0727
Date Icon 12/04/2011

Fl-aħħar sena, inħolqu aktar minn 1000 post tax-xogħol ġdid permezz tar-riforma tat-trasport biss. Dan wara li tul l-aħħar sena tkompliet ir-riforma u l-liberalizazzjoni tal-oqsma kollha tat-trasport. Jonqos biss li jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda tal-karozzini.

Ir-Riforma tat-Trasport Pubbliku hija biss qasam wieħed mill-ħidma tal-Ministeru li ħoloq ix-xogħol.

Tul dawn l-aħħar snin:

• Tkompliet titwettaq r-Riforma tat-Trasport. Din tinkludi l-karozzi tal-mejtin, il-vannijiet il-ħomor, il-coaches, l-open-top buses, it-taxis, l-electric taxis, t-trackless trains, il-karozzi tal-linja u wasalna fl-aħħar fażi għar-riforma tal-karozzini.

• Kien iffirmat kuntratt t’għaxar snin mal-Arriva, il-kumpanija li se twettaq ir-riforma tat-trasport pubbliku permezz tal-karozzi tal-linja. Din il-kumpanija se tħaddem 920 persuna.

• Beda x-xogħol infrastruttrali tat-tliet vendi prinċipali, fuq l-interchanges, it-tliet siti għall-Park&Ride u xogħol fuq il-miżuri ta’ prijorità bi tħejjija għas-sistema l-ġdida tat-trasport pubbliku.

• Kompla x-xogħol fuq il-proġett ta’ Bieb il-Belt, li jinkludi Daħla ġdida, Parlament u spazju miftuħ għat-teatru jew performances oħra.

• Beda l-proġett tal-lift tal-Barrakka.

• Beda l-proġett tal-Baċir Numru Wieħed.

• Twettaq il-proġett ta’ Boiler Wharf. Illum il-Moll tal-Isla jilqa’ fih ukoll cruise liners.

• Kompla x-xogħol fuq il-Breakwater ta’ Marsaxlokk.

• Kollox lest biex jibda’ r-restawr tal-Forti Sant’Iermu.

• Saret il-Bypass ta’ M’Scala.

• Saret Triq Valletta fiż-Żurrieq.

• Tkompla x-xogħol ta’ pavimentar fiċ-ċentru tal-Belt.

• Tkompla x-xogħol fuq it-toroq residenzjali, u sar il-patching ta’ diversi link roads.

• Beda x-xogħol fuq 4 toroq oħra arterjali f’Malta u waħda f’Għawdex, bħala parti mill-proġetti tat-TEN-T. Dawn huma Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħal Luqa, Triq Garibaldi fil-Marsa, Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Marsa, Triq il-Marfa fil-Mellieħa u t-Triq minn Tal-Ħniena sar-Rabat, Għawdex.

• Tkompla x-xogħol fuq it-toroq residenzjali, sar il-patching ta’ diversi link roads u issa kollox jinsab lest biex jibda x-xogħol fuq 4 toroq arterjali oħra.

• Twaqqaf ir-Reġistru tal-Avjazzjoni u fi ftit xhur diġà għandna ’l fuq minn 80 ajruplan privat reġistrat fih.

• Kompla jikber ir-reġistru Marittimu Malti.

• Infetaħ l-ewwel bini ta’ Smartcity Malta li fih se jibda jilqa’ kumpaniji internazzjonali tat-teknoloġija.

• Tqassmu ’l fuq minn 4000 kompjuter lil NGOs u lill-familji fil-bżonn.

• Kien installat il-WiFi f’postijiet pubbliċi li jinkludu skejjel, libreriji, Kunsilli Lokali, pjazez f’kull Belt jew raħal, u anke fil-ġonna.

• Saret it-tieni ġenerazzjoni tal-passaporti bijometriċi.

• Tkompla t-taħriġ b’xejn biex aktar persuni jkollhom idea ta’ kif jaħdmu bil-kompjuter. Il-korsijiet huma mogħtija mill-MCA bl-iskema ICT4all.

• Beda jiffunzjona s-sit elettroniku Trolleymania.com. Dan is-sit hu ħanut online u li permezz tiegħu aktar intrapriżi żgħar jistgħu jbiegħu l-prodotti tagħhom.

Dawn il-proġetti kollha jfissru aktar postijiet tax-xogħol, aktar xogħol għall-kuntratturi Maltin u pagi fil-bwiet tal-familji Maltin. 

Dan barra s-sistemi l-ġodda u l-korsijiet il-ġodda f’diversi oqsma, bħalma huma t-teknoloġija u l-avjazzjoni li qed iħejju l-istudenti tagħna għall-postijiet tax-xogħol tal-kwalità.

Ix-xogħol ma toħolqux billi tkun xettiku, toqgħod toħloq id-dubju fuq kull proġett, u tifrex tama superfiċjali. Ix-xogħol ma toħolqux bix-xettiċiżmu, u bil-kritika distruttiva. Ix-xogħol toħolqu b’viżjoni ċara u fit-tul meta tkun fil-Gvern.

Il-poplu tagħna jaf li b’dan il-Gvern jista’ jserraħ moħħu li l-ħolqien tax-xogħol hu prijorità għax dejjem tajna r-riżultati. U r-riżultati ma ġewx billi daħħalna eluf ta’ Maltin mal-Gvern – anzi dawk tnaqqsu drastikament. Ix-xogħol ġie, u l-oppotunitajiet jibqgħu jinħolqu biss għax dan il-Gvern jaf jagħraf is-sinjali taż-żminijiet u jifhem ix-xejriet li qed jieħu l-business u d-dinja ta’ għada. Mhux hekk biss imma waqt ir-riċessjoni li għaddiet minnha d-dinja kollha, l-Gvern Malti għen kemm seta’ lill-kumpaniji l-kbar, li jħaddmu ħafna Maltin magħhom biex isostnu ruħhom u jibqgħu bl-operat tagħhom f’pajjiżna. Dan hu l-għaqal ta’ dan il-Gvern.

Lit-tfal u ż-żgħażagħ qed intuhom xogħol fl-avjazzjoni, fis-servizzi finanzjarji, fl-e-gaming, fl-informatika, lista twila ta’ impjiegi ġodda li nħolqu tul dawn l-aħħar 25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista.

Biex toħloq ix-xogħol irid ikollok viżjoni, tieħu deċiżjonijiet kultant iebsa u xxammar il-kmiem.

Dan il-Gvern qed jagħti r-riżultati.

pr0727.pdfpr0727.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow