KOLLABORAZZJONI BEJN L-ISKOLA TAL-MUZIKA JOHANN STRAUSS U L-CONSERVATORIO VINCENZO BELLINI TA’ PALERMO
Fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, x-Xogħol u l-Familja kien iffirmat ftehim bejn id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja li hu responsabbli mill-Iskola tal-Mużika Johann Straus u l-Konservatorju Vincenzo Bellini ta’ Palermo li permezz tiegħu se jkun hemm kollaborazzjoni mill-qrib fit-tagġlim tal-mużika.
Il-Ftehim kien iffirmat minn Mario Azzopardi, Direttur għat-Tagħlim Tul il-Ħajja u s-Surmast Carmelo Caruso, Direttur tal-Konservatorju fil-preżenża tal-Ministru tal-Edukazzjoni, x-Xoghol u l-Familja, Dolores Cristina u l-Ambaxxatur Taljan għal Malta Efisio Luigi Marras.
F’diskors li għamlet il-Ministru tal-Edukazzjoni qalet li din is-sena, meta beda l-programm ta’ outreach mill-iskola Johann Straus, in-numru ta’ studenti li qed jistudjaw il-mużika żdied minn 555 għal 946.
Ħabbret ukoll li d-Direttorat qed jikkolabora mal-Għaqda Każini tal-Baned u hemm il-ħsieb li aktar tard tkun organizzata Ġimgħa tal-Banda biex tħajjar aktar tfal u żgħażagħ jitgħallmu xi strument u jdoqqu mal-banda tal-belt jew raħal tagħhom
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en