Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. MARIO DE MARCO, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA, WAQT T-TNEDIJA TAL-MALTA YOUTH ORCHESTRA – FLORIANA - L-ERBGĦA 6 TA’ APRIL 2011

pr0684
Date Icon 07/04/2011

It-tnedija tal-Malta Youth Orchestra huwa pass pożittiv fl-iżvilupp tal-mużika u l-kultura f’pajjiżna. Din l-orkestra li hi komposta minn madwar 50 żagħżugħ ta’ bejn is-16 u l-35 sena,  bi strumenti bħal vjolin, trumbetti, double bass, flutes, oboes, clarinets, trambone, tuba, percussion u l-arpa. Minbarra l-għan tagħha li se tkun qed toffri kunċerti, l-Orkestra taż-Żgħażagħ għandha għan ieħor - li sservi ta’ direzzjoni biex tħarreġ mużiċisti li ’l quddiem ikunu jistgħu jingħaqdu fl-Orkestra Filarmonika Nazzjonali – hi ż-żerriegħa għall-ħajja futura tal-Orkestra

Fis-27 ta’ April, din l-orkestra se tkun qed toffri l-ewwel kunċert tagħha għall-pubbliku, u t-taħriġ beda għaddej minn Jannar li ġħadda.

Minbarra li din l-inizjattiva l-ġdida ssaħħaħ il-ħidma tal-Orkestra Nazzjonali, toffri wkoll opportunità lil żgħażagħ li għandhom ħiliet mużikali biex jgħaqqdu u jesponu t-talent tagħhom.

F’pajjiżna, ħafna mużiċisti jipproducu spettaklu bħala solisti u għalhekk l-iżvilupp ta’ orkestra magħmula minn mużiċisti żgħażagħ tkabbar l-opportuniatjiet għal tip ta’ kunċerti li jgħaqdu t-talent ta’ diversi persuni. Minbarra f’dan, il-Malta Youth Orchestra se jkollha l-għan li toffri spettaklu organizzat b’mod professjonali u ta’ livell għoli, permezz ta’ taħriġ professjonali li jirrikjedi impenn u dedikazzjoni kbira mill-mużiċisti parteċipanti.

Is-sehem taż-żgħażagħ fil-kultura huwa importanti ħafna għall-izvilupp tal-qasam kulturali. Iż-żgħażagħ mhux biss iġibu l-enerġija fl-organizazzjonijiet kulturali imma ħafna drabi jkunu wkoll aktar miftuħa għal esplorazzjoni ta’ metodi ġodda kif niżviluppaw il-qasam kulturali tagħna. Għalhekk inħeġġeġ lill-Orkestra Filarmonika biex filwaqt li tħarreġ ż-żgħażagħ, tagħtihom ukoll l-ispazju biex ikunu kreattivi u innovativi fl-ispettaklu li jipproduċu.

L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qed twettaq ukoll xogħol ieħor sinifikanti.  - li torganizza outreach programmes fil-kommunitajiet, bil-kollaborazzjoni  tal-Kunsilli Lokali u mal-Knejjes. Permezz ta’ dawn il-programmi, l-orkestra qed tersaq eqreb u tkabbar l-udjenzi tagħha permezz ta’ kunċerti organizzati f’lokalitajiet differenti.

L-Orkestra Nazzjonali twettaq ukoll inizjattivi edukativi. Min-Novembru li għadda sa issa, l-orkestra tellgħet tliet inizjattivi għat-tfal. Dawn huma Story Telling with Winnie the Pooh (f’Novembru) li għaliha attendew 1,000 student; l’Histoire du Soldat ta’ Stravinsky li għaliha attendew madwar 800 student, u minn għada (il-Ħamis), l-Orkestra se tibda l-programm ‘Animal Musical Magic’ fl-MCC – b’żewġ produzzjonijiet, waħda għall-iskejjel u oħra għall-familji li se ssir s-Sibt. Dan il-programm se jiġbor fih l-istorja mużikali ta’ Peter and the Wolf, (kompożizzjoni ta’ Sergei Prokofiev) u l- Young Person's Guide to the Orchestra, li għandha kompożizzjoni mużikali ta’ Benjamin Britten. Din l-attività, mistennija jattendu għaliha madwar 1000 persuna.

Nirringrazzja lill-mużiċisti żgħażagħ li qed jagħżlu li jiddedikaw ħafna mill-ħin liberu tagħhom għall-mużika filwaqt li nirringrazzja lill-ġenituri tal-mużiċisti preżenti għas-sagrifiċċji u d-dedikazzjoni tagħhom biex iħeġġu lil uliedhom isaħħu l-talent tagħhom.


Nota

Il-Maestro Joe Vella, li hu d-direttur mużikali tal-Orkestra taż-Żgħażagħ, għamel appell lil dawk iż-żagħżagħ interessati biex javviċinaw l-orkestra għal audition biex jiżdied l-element mużikali fl-Orkestra taż-Żgħażagħ.  Hu semma li hemm numru ta’ żgħażagħ li diġà huma part-timers mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow