Left arrow Go Back

IMNEDIJA L-AFM SPORTS SCHEME

pr0679
Date Icon 06/04/2011

L-AFM Sports Scheme, hija kisba għall-iżvilupp sportiv f’pajjiżna u għaldaqstant kisba għall-komunità sportiva u kisba għall-Forzi Armati ta’ Malta. Dan qalu dalgħodu l-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport waqt it-tnedija ta’ din l-iskema fil-Barracks tal-Armata f’Ħal Luqa.

Permezz ta’ din l-iskema se titwaqqaf unit fi ħdan l-Armata li tingaġġa magħha atleti Nazzjonali fuq bażi professjonali. Din l-iskema se tkun qed titħaddem fuq żewġ livelli ta’ taħriġ. Fl-ewwel livell is-suldat sportiv se jkun qed jitħarreġ 20 siegħa fil-ġimgħa fl-isport tiegħu u 20 siegħa fil-ġimgħa fil-ħidma tal-Armata. Fit-tieni  livell is-suldat sportiv se jkun qed jitħarreġ fid-dixxiplina sportiva għal 40 siegħa sħaħ fil-ġimgħa. L-Armata se tkun qed tassenja fizzjal biex imexxi dan il-unit filwaqt li l-Kunsill Malti għall-Isport se jkun qed jamministra din l-iskema. 

L-Onor Puli spjega kif din l-iskema se tkun ta’ benefiċċju kemm għall-Armata u kif ukoll għall-komunità sportiva. Għall-AFM din l-iskema se ddaħħal ħiliet ġodda u speċjalizzati fi ħdanha fejn anke jiżdiedu ċ-ċansijiet li l-AFM tikseb riżultati aħjar fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-CISM, li huwa l-Kunsill Internazzjonali tal-iSport Militari. Filwaqt li għall-individwu din l-iskema se tkun tiggarantixxi l-ħin neċessarju biex l-atleta jiżviluppa l-ħiliet sportivi tiegħu u karriera fil-Forzi Armati meta jispiċċa l-karriera sportiva.

Hu spjega kif din l-iskema tingħaqad ma’ skemi oħra li jgħinu b’mod dirett l-isport elite fosthom l-iskema 20/20 sports training leave, l-isports competition leave u permezz ta’ assistenza li tlaħħaq €5.5 miljun. Hu żied li l-missjoni tal-Gvern sabiex tixxettel il-kultura sportiva, tgħin lill-isport elite b’mod dirett peress li l-għażla tal-atleti tkun akbar. Fi tmiem id-diskors tiegħu is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lill-Armata għall-ħidma tagħha għas-sigurtà ta’ pajjiżna u għall-impenn tagħha fl-iżvilupp tal-isport Malti.

Il-ftehim ġie iffirmat bejn iċ-Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Isport, Bernard Vassallo u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta, Martin G. Xuereb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow