Left arrow Go Back

IL-50 ANNIVERSARJU MILL-MEWT TAL-POETA NAZZJONALI DUN KARM PSAILA (18.10.1871–13.10.1961)

pr0677
Date Icon 06/04/2011

Din is-sena jaħbat il-50 anniversarju mill-mewt tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila. Biex ikun żgurat li dan l-avveniment importanti jitfakkar kif inhu xieraq, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja ħatret Kumitat immexxi mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru Dr. James Calleja, biex flimkien ma’ entitajiet oħra, jieħu ħsieb jorganizza u jikkoordina attivitajiet apposta għal din l-okkażjoni. 

Biex il-Kumitat ikun jista’ jagħti sehem bl-aħjar mod fl-attivitajiet li qed jiġu organizzati, kif ukoll biex jiġi kkumpilat kalendarju, li kemm jista’ jkun jinkorpora fih l-inizjattivi kollha, qed nistiednu lill-għaqdiet li għandhom ippjanati attivitajiet kommemorattivi f’ġieh Dun Karm għal matul din is-sena, biex jibagħtu d-dettalji kollha dwar dawn l-attivitajiet lis-Sinjura Catherine Tabone fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja fuq catherine.tabone@gov.mt sal-25 t’April 2011 jew bil-posta 310, Palazzo Ferreria, Triq ir-Repubblika, Valletta.

Dawn id-dettalji għandhom jinkludu:

- l-isem tal-attività u fiex se tkun tikkonsisti
- id-data ta’ meta huwa propost li tiġi organizzata
- il-post fejn huwa propost li tiġi organizzata
- l-organizzatur prinċipali
- l-organizzaturi sekondarji
- organizzazzjonijiet / nies oħra involuti
- il-finanzjament allokat
- jekk hemmx bżonn xi għajnuna partikulari mill-Kumitat

Il-Kumitat hu konvint li permezz ta’ diversi attivitajiet interessanti mtellgħa bis-sehem ta’ individwi u organizzazzjonijiet varji, il-Poeta Nazzjonali se jingħatalu ġieħ xieraq matul din is-sena li tfakkar il-50 anniversarju mill-mewt tiegħu.

Għal aktar tagħrif, wieħed jista jċempel fuq 2590 3218.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow