FONDI GĦAL RIĊERKA DWAR ID-DROGA F’MALTA
Fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja kien iffirmat ftehim mal-European Information Network on Drugs and Drug Addiction (REITOX) li permezz tiegħu Malta se tingħata fondi Ewropej biex issir riċerka dwar il-problema tad-droga f’pajjiżna.
Il-ftehim kien iffirmat minn Andre’ Vassallo Grant, il-Focal Point Nazzjonali dwar id-Droga u Alexis Goosdeel il-Kap tat-Taqsima tal-Kooperazzjoni Internazzjonali tar-REITOX, fil-preżenza tal-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, Wolfgang Goetz Direttur tal-EMCDDA u l-Prof. Richard Muscat, konsulent tal-Ministeru.
Malta hi wieħed mill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea flimkien man-Norveġja u l-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-UE li jiffurmaw parti mill-European Information Network dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (REITOX) li twaqqaf fl-2004.
In-National Focal Point għandu l-inkarigu li jiġbor l-informazzjoni dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mal-qasam tad-drogi fuq livell nazzjonali u kull sena jibgħat din l-informazzjoni lill-European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction li jinsab f’Lisbona. L-informazzjoni sservi wkoll biex titmexxa l-ġlieda kontra t-tixrid u l-abbuż mid-droga kemm fuq bażi nazzjonali kif ukoll fuq bażi Ewropea.
Other Press Releases:
PR262004
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...
PR262003en