Left arrow Go Back

IL-VIĊI PRIM MINISTRU TONIO BORG F’LAQGĦA MAL-MINISTRU TALJAN FRANCO FRATTINI F’RUMA

pr0664
Date Icon 05/04/2011

Dalgħodu l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti Dr Tonio Borg kellu laqgħa f’Ruma mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan Franco Frattini. Din iż-żjara kellha żewġ skopijiet. Dawn kienu li wieħed jiddiskuti s-sitwazzjoni fil-Libja u l-kwistjoni tal-immigrazzjoni irregolari li hija riżultat tal-kunflitt fil-Libja.

Il-Viċi Prim Ministru Borg informa lill-Ministru Frattini bl-inizjattiva ta’ Malta li tablet lill-Kummissjoni Ewropea li jiskatta mekkaniżmu previst b’direttiva Ewropea rigward l-influss ta’ immigranti irregolari f’pajjiż membru. Il-Ministru Tonio Borg spjega li l-influss ta’ massa hu kwistjoni relattiva. 816 immigrant irregolari mill-Libja f’24 siegħa fi gżira żgħira b’densità qawwija ta’ popolazzjoni, toħloq kriżi. Huwa saħaq li wieħed irid iħares lejn in-numri bi proporzjon mad-daqs tal-popolazzjoni u t-territorju. Il-Ministru Franco Frattini qabel ma’ dan.

Iż-żewġ Ministri ddiskutew ukoll il-laqgħa Ministerjali ta’ Napli li hija preparazzjoni għas-summit tal-5+5. Din il-laqgħa ġiet posposta bi ftit ġimgħat. Is-summit tal-5+5 li fiha jiltaqgħuil-kapijiet tal-Gvernijiet ta’ 10 pajjiżi, hija important iktar minn qatt qabel, skont il-Ministu Borg u l-Ministru Frattini. Dan minħabba s-sitwazzjoni fil-Mediterran. 

Il-Vici Prim Ministru Tonio Borġ informa lill-Ministru Frattini dwar iż-żjara tad-Deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin Libjan l-bieraħ filgħaxija f’Malta fejn ltaqa’ mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Il-Ministru Borg stqarr mal-Ministru Taljan li matul din il-laqgħa l-Gvern Malti reġa’ għamilha ċara li ma hemmx soluzzjoni għal-Libja bil-Gvern preżenti fit-tmexxija tal-pajjiż.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Żewġ artijiet f’Pembroke se jiġu ttrasformati f’żona ta’ rikreazzjoni u dog park permezz ta’ ftehim mal-Awtorità tal-Artijiet

PR262004

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET U MILL-MINISTERU...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

More Press Releases Right arrow